Il-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel Quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville.

Il-Ħadd 10 ta’ Settembru l-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville. Dan kien pass enormi għall-komunità żgħira Vjetnamiża li għadha kif ġiet stabbilita. Nittamaw li, fil-futur, din il-komunità tkun post fejn il-familji u ż-żgħażagħ Kattoliċi Vjetnamiżi kollha li jgħixu u jistudjaw Malta jiltaqgħu u jappoġġjaw lil xulxin biex jgħixu l-fidi u l-ħajja ta’ kuljum bħala wlied Alla ‘l bogħod mill-familji u l-pajjiż tagħhom.

Nixtiequ nirringrazzjaw mill-qalb lill-Komunità Agostinjana f’Paceville talli fetħet idejha b'mod ġeneruż u laqgħetna b’idha miftuħa.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.