Kull nhar ta’ ġimgħa, fis-6pm, mid-9 ta’ Jannar, 2026, f’The Santa Rita Priory, Triq Sqaq Lourdes, San Ġiljan.
Parking provdut bla ħlas. Ikkuntatjana fuq: [email protected]
L-Attwalità ta’ xi temi misluta mill-Kitbiet u t-Tagħlim ta’ Santu Wistin ta’ Ippona.
Kors għal Kulħadd organizzat mill-Istitut Agostinjan, immexxi mill-Provinċja Agostinjana Maltija. Dan il-Kors ser jibda’ b’Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-WRP. Leslie Gatt OSA, Provinċjal u President tal-Istitut Agostinjan, nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar fis-6pm. Ara l-kors hawn taħt:
L-Attwalità ta’ xi temi misluta mill-Kitbiet u t-Tagħlim
ta’ Santu Wistin ta’ Ippona
Il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar 2026 (6pm)
Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija
presjeduta mill-WRP. Leslie Gatt OSA
Provinċjal u President tal-Istitut Agostinjan
Daħla fil-Qosor għas-Sena Akkademika 2026
P. Pierre Desira OSA (Ist. Agost.)
Viċi Direttur tal-Istitut Agostinjan
Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2026 (6pm)
L-Attwalità tat-Tagħlim ta’ Santu Wistin dwar l-Ambjent
Mons Professur Hector Scerri (UOM – Ist.Agost.)
Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2026 (6pm)
L-Ekoloġija u t-Twemmin Nisrani
Dr Dorianne Buttiġieġ SThD (UOM)
Il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar 2026 (6pm)
L-Ekonomija u t-Twemmin Nisrani
Dr Ivan Paul Griscti (UOM)
Il-Ġimgħa 6 ta’ Frar 2026 (6pm)
Il-Ħsieb Politiku f’Santu Wistin
P. Pierre Desira OSA (Ist.Agost.)
Il-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2026 (6pm)
Il-Fundament Ontoloġiku tal-Ġustizzja
fil-Ħsieb ta’ Santu Wistin
P. Luċjan Borg OSA PhD (Louv.)
Il-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2026 (6pm)
Il-Ġustizzja Soċjali fil-Ħsieb ta’ Santu Wistin
P. Luċjan Borg OSA PhD (Louv.)
Il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2026 (6pm)
Il-Ħsieb tal-Paċi fil-Kitbiet ta’
xi Missirijiet tal-Knisja tal-Lvant Nisrani (Sekli 1 sa 6)
Kan Professur Jonathan Farrugia (UOM – Ist.Agost.)
Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2026 (6pm)
Santu Wistin u l-Globalizzazzjoni
Dr Ritienne Debono MD (Ist.Agost.)
Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu 2026 (6pm)
S. Wistin u ż-Żwieġ
Il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu 2026 (6pm)
Xejriet tat-Teoloġija, l-Ispiritwalità, u t-Tagħlim Soċjali tal-Maġisteru tal-Knisja tal-Q.T. il-Papa Ljun XIV (2025-)
L-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2026 (7pm)
27th Annual Saint Augustine Lecture:
Reading Saint Augustine and Renewing Democracy
Prof. Jean-Marie SALAMITO (Univ. Sorbonne)
L-Università ta’ Malta
Il-Ħamis 26 ta’ Marzu 2026 (6pm)
Saint Augustine and Human Dignity
Prof. Jean-Marie SALAMITO (Univ. Sorbonne)
The Santa Rita Priory, San Ġiljan