P. Hilary Tagliaferro mogħti Dottorat Honoris Causa

P. Hilary Tagliaferro OSA, kien fost erba’ persuni li ngħataw Dottorat Honoris Causa mill-Universita’ ta’ Malta. Il-Konferiment tat-titlu sar f’Ċerimonja li saret fil-Bażilka ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta.

P. Hilary ġie mogħti d-dottorat fix-xjenzi soċjali b’apprezzament għal tant kontribut li ta matul ħajtu partikolarment fil-qasam soċjali. P. Hilary ilu reliġjuż Agostinjan għal aktar minn 70 sena. Matul ħajtu huwa ddistingwa lilu nnifsu partikolarment fil-kontribut li ta fil-qasam sportiv, il-formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ u l-ġurnaliżmu sportiv. 25 sena ilu, Fr Hilary kien il-moħħ wara l-proġett tal-Millennium Chapel li wettqet il-komunita’ Agostinjana f’Paceville bil-għajnuna ta’ tant lajċi u benefatturi.

F’messaġġ qasir tal-okkażjoni, P. Hilary irrefera għal dan il-mument bħala ċ-ċirasa fuq il-kejk ta’ ħajja ddedikata liż-żgħażagħ f’akkumpanjament kontinwu biex jiżviluppaw fil-ġisem, il-moħħ u l-ispirtu.

Minn qalbna nawguraw lil Fr Hilary fil-kisba ta’ dan it-titlu

Scroll to Top