Appell biex nitolbu għall-paċi fl-Ukrajna

F’messaġġ mill-Kurja Ġenerali tal-Ordni, P. Paul Graham OSA, Assistent tal-Pirjol Ġenerali u Koordinatur tal-Kummissjoni għall-Ġustizzja, Paċi u Integrità tal-Ħolqien, appella lill-Ordni kollu ta’ Santu Wistin biex “jitlob għall-Paċi f’dan il-mument diffiċli meta r-Russja ddeċidiet li tinvadi l-Ukrajna”.

Fil-messaġġ tiegħu huwa rrefera għall-fatt li “l-konsegwenzi tal-gwerra huma imprevedibbli u ħadd ma jaf kif se tispiċċa din il-kriżi.” Fil-fatt jista’ jkollha “konsegwenzi katastrofiċi għad-dinja kollha u mhux għall-Ewropa biss.”

Sadanittant il-Papa Franġisku nieda jum ta’ talb u sawm għall-paċi nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu li jaħbat Ras ir-Randan.  F’isem il-Kunsill Ġenerali u l-Kummissjoni, P. Paul ħeġġeġ lill-membri kollha tal-familja Agostinjana biex jingħaqdu flimkien mal-insara kollha madwar id-dinja f’din l-inizjattiva.

 

Scroll to Top