Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn it-13 u s-17 ta’ Ottubru grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għall-irtir annwali f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jieqfu mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb u riflessjoni akkumpanjati minn Dun Noel Debono li anima dawn il-ġranet. Ir-riflessjonijiet ta’ Dun Noel, ispirati mill-evanġelju ta’ San Ġwann u s-sinjali ta’ Ġesù, offrew stedina kontinwa biex wieħed jirrifletti fuq il-kelma li tmiss il-ħajja konkreta tagħna. Fl-aħħar jum tal-irtir, l-aħwa Agostinjani ċċelebraw quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Dawn il-jiem kienu anke opportunità sabiħa biex reliġjużi minn komunitajiet differenti jiġu flimkien u jaqsmu s-sabih tal-ħajja reliġjuża agostinjana lilhinn mill-ħidma u minn dak kollu li normalment isawwar il-ġranet b’tant attivita. Il-ġranet tal-Irtir jagħtu anke okkażjoni ta’ esperjenza sabiħa ta’ talb b’mod aktar kalm u opportunità sabiħa ta’ qsim. Grupp ieħor ta’ aħwa kienu ħadu sehem f’irtir ieħor li sar f’Ġunju li għadda.

Scroll to Top