Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Settembru il-Qdusija Tiegħu il-Papa Ljun XIV ippresieda quddiesa fil-Bażilika ta’ Santu Wistin f”Ruma li permezz tagħha ingħata bidu għall-188 Kapitlu Ġenerali Ordinarju tal-Ordni ta’ Santu Wistin.




Fil-quddiesa, l-Papa Ljun stieden l-aħwa Agostinjani jitolbu l-interċessjoni tal-Ispirtu S-Santu biex idawwalhom u jiggwidahom matul id-diskussjonijiet u l-ħidma ta’ dawn il-jiem. Fl-omelija tiegħu il-Papa saħaq fuq tliet punti prinċipali. L-ewwel u qabel kollox tkellem fuq id-don tas-smiegħ li jsib l-għeruq tiegħu fit-tradizzjoni sabiħa tal-Knisja. It-tieni punt kien imbagħad l-umiltà, li permezz tagħha wieħed ikun aktar disponibbli u miftuħ għar-rieda t’Alla, mingħajr ma jaqa’ fl-illużjoni li jaħseb li għandu tweġiba għal kollox. L-aħħar punt kien ix-xhieda tal-Unità waqt li stieden lill-aħwa agostinjani jkunu promoturi tal-Unità fil-Knisja. Wara l-quddiesa l-Papa sellem lill-Kapitulari kollha wieħed wieħed u baqa magħhom għal ikla privata.




Il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2025 għandu jieħu diversi ġranet u fih l-aħwa Kapitulari preżenti mistennija jagħżlu Pirjol Ġenerali u Kunsill Ġenerali ġdid. Fil-Kapitlu qed jippartċeċipaw aktar minn 80 reliġjuż minn 43 pajjiż madwar id-dinja. Il-Provinċja Agostinjana Maltija qed tkun rappreżentata mill-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt u minn P. Terence Spiteri.
Interessanti wieħed isemmi li propju tnax il-sena ilu, meta P. Robert F. Prevost O.S.A. (illum il-Papa Ljun XIV) kien qed itemm il-mandat tiegħu ta’ Pirjol Ġenerali kien stieden u laqa’ għall-quddiesa tal-ftuħ tal-Kapitlu Ġenerali Ordinarju lill-Papa Franġisku propju fl-ewwel xhur tal-Papat tiegħu.



