Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Kappella u festa ta’ Santa Rita f’San Ġiljan

Nhar is-Sibt 31 ta’ Mejju, fil-Kappella ta’ Santa Rita San Ġiljan ġiet iċċelebrata l-festa tal-qaddisa li din is-sena qed niċċelebraw il-125 sena mill-kanonizzazzjoni tagħha. Fil-quddiesa preseduta mil-Provnċjal P. Leslie Gatt, ġie iċċelebrat ukoll il-25 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-istess kappella li kienet ġiet ikkonsagrata fis-sena tal-Ġublew il-kbir fis-sena 2000, mill-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca, dak iż-żmien arċisqof ta’ Malta.

Wara l-quddiesa sar imbagħad mument soċjali għall-komunità li tiffrekwenta l-Kappella bil-parteċipazzjoni ta’ banda żgħira li flimkien mal-armar fuq iz-zuntier tal-kappella, ħolqot ambjent ħelu ta’ festa. Aktar kmieni matul il-ġimgħa saret ukoll ċelebrazzjoni għall-anzjani u l-morda bl-amministrazzjoni tas-sagrament tal-grizma tal-morda.

Scroll to Top