L-esperjenza tal-ewwel live-in ta’ bejn l-10 ta’ Jannar 2025 u t-12 ta’ Jannar 2025 fil-bini tal-kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta’ serva bħala l-ewwel pedament għalina s-sitt żgħażagħ voluntiera li ser inwettqu esperjenza ta’ volontarjat ġewwa Iquitos fil-Peru’. Dan il-live-in għalkemm maqsum fuq tliet ijiem għinna sabiex nsiru nafu ftit mil-karattri ta’ kull wieħed u waħda minnha fejnuriena it-talenti u ta’ x’wieħed u waħda minnha jista’ joffri matul din l-esperjenza ta’ volontarjat.
L-isbaħ mumenti ta’ dan l-ewwel live-in kien meta waqt li konna fil-ġnien qsamna bejnietna bħala grupp flimkien mal-mexxejja li organizzaw din l-attività f’ambitu ta’ timeline tal-esperjenzi li għaddejna minnhom matul ħajjitna, kemm dawk feliċi u dawk anqas li sawru l-karattru tagħna u għamlina il-persuni li aħna illum il-ġurnata. Għalkemm l-għan u l-iskop ewlieni ta’ din l-esperjenza hi li ngħinu lill-batut, nemmen li bis-saħħa tal-live-in, il-missjoni tagħna tieħu xejra b’mod pożittiv għax għalkemm l-għajnuna li ser nagħtu hi biss qatra f’oċean – biss l-għaqda tal-grupp ta’ bejnietna l-voluntiera tagħti raġġ ta’ dawl lill-persuni anqas ixxurtjati minnha u tirrifletti l-impatt li nistgħu nagħtu bi kwalunkwe mod.
Christian Cauchi