Bejn il-21 u l-25 ta’ Ġunju grupp ta’ patrijiet Agostinjani inġabru flimkien fid-dar tal-Irtir La Salle fil-Mellieħa biex jgħixu ftit jiem ta’ talb u riflessjoni. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jirriflettu fuq is-sejħa personali u l-ħajja reliġjuża saċerdotali tagħhom permezz ta’ riflessjonijiet imħejjija minn P. Raymond Gatt OP.
Minbarra dawn ir-riflessjonijiet, il-patrijiet qattgħu l-ħin jitolbu u jgħixu flimkien il-ħajja reliġjuża agostinjana permezz ta’ mumenti ta’ mistrieħ ‘l bogħod mill-ħidmiet u l-ministeri tagħhom. Il-Ġimgħa imbagħad iċċelebraw l-ewkaristija bħala għeluq ta’ dawn il-jiem fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.