Head ġdida fil-Kampus tas-Sekondarja

Bi pjaċir inħabbru li l-Head il-ġdida tas-Sekondarja ser tkun Ms Karen Piscopo. B’esperjenza vasta fl-edukazzjoni u impenn profond lejn il-valuri Agostinjani u dawk tal-iskejjel tal-Knisja, Ms Karen ser iġġib għarfien u għaqda pożittiva għall-komunità edukattiva tas-Sekondarja.

Id-dedikazzjoni tagħha biex tgħin fl-iżvilupp intellettwali, morali u spiritwali tal-istudenti tal-kulleġġ tagħna tmur perfettament mal-ethos tal-kulleġġ. Ninsabu kunfidenti li taħt it-tmexxija ta’ Ms Karen, il-kampus tas-Sekondarja tagħna se jkompli jiffjorixxi u jispira lill-istudenti tagħna biex ikomplu jilħqu l-potenzjal tagħhom. Il-Mulej ikompli jżomm idejH fuqha.

Il-leadership team tal-Kulleġġ jinsab f’dan il-link: http://staugustine.edu.mt/who-we-are/college-team/

Scroll to Top