Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-bidu tas-sena skolastika

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru, il-Kulleġġ Santu Wistin inġabar flimkien fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid biex jiċċelebra l-bidu tas-sena skolastika. L-iskola kollha, mill-primarja sas-sekondarja, flimkien mal-għalliema, il-ġenituri/guardians, u l-istudenti, ħadu sehem f’dan il-mument speċjali ta’ ringrazzjament lil Alla.

Grazzi lill-Air Scouts tal-kulleġġ, Stage Crew, student abbatini, u Chaplaincy Teams, u diversi membri oħrajn tal-istaff, din l-Ewkaristija mimlija tifsira setgħet tkun iċċelebrata.

Kien mument ta’ gratitudni, immarkat minn diversi simboli u riflessjonijiet. Fl-aħħar tal-Quddiesa saret il-barka fuq l-edukaturi u staff tal-Kulleġġ, kif ukoll barka fuq l-istudenti.

Scroll to Top