PELLEGRINAĠĠ AGOSTINJAN
Mill-24 ta’ Lulju sal-31 ta’ Lulju, 2024
Inżuru postijiet b’rabta ma’ Santu Wistin f’Milan u f’Pavia.
Filwaqt li nżuru wkoll Padova, Venezia, Treviso, Verona, Lake Como, Bergamo u aktar!
L-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2024
Niltaqgħu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fl-10:15am biex naqbdu l-ajruplan tal-KM Malta Airlines KM624 li jitlaq lejn Milan fis-12:45pm. Mal-wasla tagħna nsibu l-coach tistenniena biex immorru lejn il-lukanda B&B Hotel Treviso ***, (jew simili) Treviso. Fi triqtna nieqfu għaċ-ċena (extra). Mal-wasla tagħna fil-lukanda, ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar u ħin liberu.
(Ċena mhux inkluża.)
Il-Ħamis 25 ta’ Lulju 2024
Wara l-breakfast, ikollna Full Day excursion għal Venezia, immorru flimkien bit-train (inkluż). Mal- wasla tagħna, nisimgħu l-Quddiesa u nżuru l-knisja ta’ Santa Marija ta’ Nazaret (magħrufa bħala Chiesa degli Scalzi). Wara, fost postijiet oħra naraw Pjazza San Marco u l-Palazzo Ducale, il-Ponte dei Sospiri, La Torre dell’Orologio, il-Ponte Rialto u aktar. Wara jkollna ħin liberu għal souvenir shopping. Ritorn lejn il-lukanda. (Pranzu u ċena mhux inklużi.)
Il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju 2024
Wara l-breakfast, immorru full day excursion għal Padova, fejn inżuru l-Bażilka ta’ Sant’Antnin u l- qabar tiegħu, u nisimgħu l-Quddiesa. Ħin liberu għall-pranzu (extra). Wara l-pranzu nżuru ċ-ċentru tal-belt u jkollna ftit ħin liberu. Ritorn lejn il-lukanda fi Treviso. Qabel ma naslu l-lukanda nagħmlu waqfa għaċ-ċena, f’restaurant Agriturismo għal ikel tipiku Padovan. (Inkluż.)
Is-Sibt 27 ta’ Lulju 2024
Wara l-breakfast, nagħmlu check-out mil-lukanda u nibdew triqtna lejn Milan. Matul it-triq ikollna excursion għal Verona, fejn naraw, Anfiteatru ta’ Verona u d-dar ta’ Giulietta. Ħin liberu għal shopping/pranzu (extra). Wara l-pranzu nkomplu triqtna lejn Milan għal-lukanda B&B Hotel Aosta ***, jew simili. Sistemazzjoni tal-kmamar u ħin liberu. (Pranzu u ċena mhux inklużi.)
Il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2024
Breakfast u full day excursion għal Pavia fejn inżuru l-Bażilika ta’ San Pietro in Ciel D’Oro fejn hemm il-fdalijiet ta’ Santu Wistin. Wara jkollna ftit free time għall-pranzu (extra). Wara immorru Certosa di Pavia – Monasteru sabiħ ħafna. Ritorn lejn il-lukanda. (Pranzu u ċena mhux inklużi.)
It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2024
Wara l-breakfast, għandna excursion għal Lake Como, fejn naraw il-Katidral ta’ Como, nagħmlu passiġġata ħdejn il-lake u nitilgħu bil-funikular għall-veduta meraviljuża tal-Lake Comou free time għall-pranzu (extra) u min irid jista’ jmur boat ride fuq il-lake (extra). Ritorn lejn il-lukanda u wara ftit ħin ta’ mistrieħ immorru nduru Milan, fejn naraw id-Duomo, Gallerija Emmanuele, u t-Teatru La Scala. Ħin liberu. (Pranzu u ċena mhux inklużi.)
It-Tlieta 30 ta’ Lulju 2024
Wara l-breakfast u l-Quddiesa, immorru full day excursion għal Sotto il Monte fejn inżuru d-dar tal-Papa Ġwanni XXIII. Wara mmorru Bergamo fejn nitilgħu bil-funicular Citta Alta u fejn naraw, fost postijiet oħra, l-famużi Piazza Vecchia, Cappella Colleoni u l-Battistero. Ritorn lejn il-lukanda u ħin liberu. (Pranzu u ċena mhux inklużi).
L-Erbgha 31 ta’ Lulju 2024
Breakfast u check-out mil-lukanda u mmorru half day excursion għal Museo del Cenacolo Vinciano, fejn naraw il-Mużew tal-Aħħar Ċena ta’ Leonardo Da Vinci, u nżuru wkoll il-Bażilika ta’ Sant Ambrogio. Wara nibqgħu sejrin lejn l-ajruport biex naqbdu l-ajruplan għal Malta li jitlaq fil-15:35 (3:35pm).
—————————————————————————————————————————————————————–
Prezz għal 7 t’iljieli / 8 t’ijiem sħaħ fuq bażi B&B u ikla waħda (Agriturismo 26/07/2024).
Prezz kull persuna:
Adulti – kamra trippla Euro 1190
Adulti – kamra doppja Euro 1230
Adulti – kamra singola Euro 1450
Tfal taħt it-12-il sena sharing ma’ 2 adulti Euro 1085
Mhux inkluż fil-prezz: Entraturi jew donazzjonijiet li jkun hemm bżonn fil-mument
Travel Insurance ta’ Gasan Mamo, inkluż l-Excess Waiver:
Up to 69 years Basic – Euro 37
70 to 75 years Basic – Euro 68
76 to 80 years Basic – Euro 99
Il-prezz jinkludi 7 t’iljieli / 8 t’ijiem sħaħ f’lukanda bis-servizzi privati fuq bażi B&B; ikla waħda; it-titjiriet, taxxi kollha u l-fuel surcharges; City Tax, l-excursions kollha skont il-programm; servizz ta’ Tour / Group Leader u Direttur Spiritwali.
N.B. L-organizzaturi jirriservaw id-dritt li jbiddlu jew jikkanċellaw xi parti mill-programm minħabba xi ċirkustanzi li ma jkollhomx kontroll fuqhom.
L-organizzaturi ma jieħdux responsabbiltà, ta’ kwalunkwe ċirkustanza li tista’ tinqala’ minħabba l-Covid-19 jew diżastri oħra nazzjonali, kemm f’Malta jew fil-pajjiżi li nkunu qed inżuru, li ma jkollhomx kontroll fuqhom.
Għal aktar dettalji tistgħu tkellmu lil Gwen Mousu’ fuq: 99062808 jew lil Fr Franco Grech OSA fuq: 99244640.