Nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru saret laqgħa għal-lajċi Agostinjani fl-Campus tal-primarja tal-Agostinjani l-Marsa. Il-laqgħa kienet tikkonsisti f’kelmtejn minn Fr David Cortis, Rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin fl-okkażjoni tal-175 sena mill-twaqqif tal-Kulleġġ, u wara Fr Mario Abela mexxa ftit ħin ta’ Adorazzjoni u talb għall-vokazzjonijiet, speċjalment Agostinjani. Wara kellna mument soċjali flimkien fejn qsamna xi ħaġa tajba bejnietna. Nirringrazzjaw lil Fr David, Fr Mario, Fr Terence u lill-Kummissjoni Provinċjali Lajċi Agostinjani, u lil Kevin u Lydia Vella, membri tal-Fraternita’ Agostinjana Sekulari, tal-kontribut li taw biex il-laqgħa tkun sabiħa għall-glorja t’Alla.