Nhar it-Tnejn, 17 ta’ Lulju 2023, l-aħwa tal-Fraternità Agostinjana Sekulari Santu Wistin u Santa Monika ltaqgħu f’Dar Santa Monika, f’San Pawl il-Baħar. Huma għamlu mument ta’ talb u ta’ qsim ta’ esperjenzi spiritwali dwar iċ-ċentralità ta’ Kristu fl-Ispiritwalità Agostinjana u fil-ħajja tagħhom personali. Wara kellhom mument soċjali li kien jikkonsisti f’ BBQ li għamlu fil-bitħa tad-dar.
Il-Fraternità Agostinjana Sekulari ta’ Santu Wistin u Santa Monika (F.A.S.) hija magħmula minn lajċi nsara. Huma msejħin biex jgħixu s-sagrament tal-magħmudija fid-dinja mill-perspettiva Agostinjana, u jagħrfu jaqsmu bejniethom u ma’ oħrajn il-fidi u l-ħbiberija tagħhom.