Skopri min INT
Aħna Agostinjani
Nixtiequ nimxu miegħek il-mixja tal-ħajja bl-isfidi u l-mistoqsijiet li ġġib magħha.
Skopri min aħna… skopri s-sejħa li Alla għandu għalik
Musbieħ għal riġlejk

You already have a vocation
You already have a vocation – This vocation to holiness is already a part of your life, given to you at your baptism, and it is so important to remember that. Whatever situation you are in now, however unsatisfactory it seems, you already have a vocation. You might be working, studying, travelling, unemployed, or caring for someone at home; you might be very content, or utterly miserable; full of hope,

INT Ewkaristija
Darba l-Papa Benedittu kien qal: Ewkaristija li ma tgħaddix għall-prattika konkreta tal-imħabba hija xi ħaġa essenzjalment framentata. Aħna ma niġux hawn biex niċċelebraw l-Ewkaristija għax hija xi tradizzjoni. Niġu hawn għaliex l-Ewkaristija tatina l-qawwa naffrontaw bi mħabba dak kollu li niltaqgħu miegħu. L-Ewkaristija mhux ċelebrazzjoni sabiħa u daqshekk. Fil-fatt m’hemmx Ewkaristija bla kumpassjoni u bla ma naqsmu ma’ l-oħrajn. Ewkaristija hija għotja. F’kull ċelebrazzjoni Ewkaristika Ġesù jingħata lill-Missier għalina. Jingħata

hiding yourself…
5 common pitfalls in which your choices can be hijacked by fear, illusion, or anxiety: By hiding yourself in a dream in order to avoid making a choice. By hiding yourself in the busyness of short-term goals in order to avoid the deeper decisions By hiding yourself in a failure in order to avoid the battle By hiding yourself behind God in order to avoid taking responsibility By hiding behind

1. Desire and attraction
You don’t need to over-analyse your life, looking for conclusive signs in every mood or event. This can become an obsession, and even a superstition, like reading the tea leaves or the horoscopes. When you stand back and take a look at the big picture, perhaps a pattern emerges, and you sense that you are being drawn in a particular direction. Usually, you don’t really need more signs, you just

Do I have a vocation?
“God calls all the souls he has created to love him with their whole being, here and thereafter, which means that he calls all of them to holiness, to perfection, to a close following of him and obedience to his will. But he does not ask all souls to show their love by the same works, to climb to heaven by the same ladder, to achieve goodness in the same way. What sort
Għalliema
Saċerdoti
Missjunarji
Reliġjużi
Agostinjani
Skopri min AĦNA
Twaqqafna bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi komunitajiet ta’ eremiti fl-Italja u f’Malta ilna preżenti mis-seklu 14.
Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin.
Aħna naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji.
L-istejjer tagħna
Augustinian Heart Blog

agħtuhom intom x’jieklu…lest tagħti l-ftit tiegħek?
Id-dixxipli jduru fuq Ġesu’ biex jibgħat lin-nies lura , għax rawha xi ħaġa kbira, xi ħaġa diffiċli li n-nies li kien hemm jibqgħu magħhom mingħajr ikel u post tajjeb fejn jistrieħu… Imma Ġesu’ jemmen fihom, jemmen f’dak li għandhom, fil-ftit li jistgħu joffru – agħtuhom intom x’jieklu… L-ewkaristija tħeġġiġna biex nagħmlu l-parti tagħna anke jekk hija żgħira u tista’ tidher insinifikanti…nistgħu nwasslu lil Kristu lil oħrajn…imqar b’xi ħaġa żgħira… Ipprova

id-djamant tal-Milied
X’ifisser il-Milied? Min jaf kemm-il darba iċċelebrajnih! Ħa nieħdu xi aspetti partikolari. Ħa nibdew mis-simboli u li għandna hawn fuq l-artal Il-presepju – huwa immaġini tal-ġenna. Kollox juri paċi, mħabba, fulfiment, mingħajr biki. Hija ikona tal-vizzjoni ta’ Iżaija fejn Alla jimsaħ kull demgħa. It-tarbija fil-paċi. L-għar – huma post fejn igħixu l-baqar, ngħaġ u annimali u jieklu f’maxtura. U Ġesù qed f’maxtura tal-injam. Dak l-istess injam li mbagħad sar is-salib

x’tiftakar?
San Ġwann fil-Vanġelu jindirizza żewġ problemi li għandhom x’jaqsmu mal-ewkaristija: tieħu sehem mingħajr ma taf min hu Ġesù u tieħu sehem mingħajr ma’ turi l-fidi tiegħek fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum. L-ewwel aspett jitkellem fuqu f’din is-silta li għandna quddiemna u t-tieni aspett jitkellem fuqu iktar tard f’kapitlu 13 – ħasil tar-riġlejn. Memorja – ftakar L-ewkaristija hija tifkira tal-passjoni u l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù…fl-ewwel qari Mose jkellem lil poplu u

dik tiegħi!
Is-Sid tal-għalqa huwa l-Mulej u l-għalqa hija Israel, il-bdiewa huma l-kapijiet tal-Lhud, il-qaddejja huma l-profeti li marru jippruvaw iwasslu l-messaġġ ta’ ġustizzja u paċi f’diversi żminijiet fl-istorja tal-Bibbja, l-iben huwa Kristu li keċċewh u salbuh ‘il barra mill-Belt (mill-ħitan ta’ Ġerusalemm) Il-ħajt tas-sejjieħ kien iservi biex jipproteġi d-dielja minn xi annimali salvaġġi kif ukoll minn xi ħallelin li jippruvaw jisirqu. It-torri kien iservi biex tara jekk hux ġejjin xi ħallelin

Nimxi warajk biex…
Rabja kbira Il-profeta Ġeremija fl-ewwel qari jinsab f’sitwazzjoni ta’ disperazzjoni għax qiegħed jipprova jwassal messaġġ u biex jibqa’ fidil mal-missjoni tiegħu qiegħed jaqla ħafna fuq wiċċu u għalhekk idur fuq Alla u jgħidlu qarraqtni Mulej, u jien tqarraqt. Ma jiflaħx jara iktar li l-poplu Lhudi qiegħed jitfarrak qabel il-waqgħa ta’ Ġerusalemm u r-re ta’ dak iż-żmien Ġeħojakin iktar moħħu fil-palazz tiegħu milli fil-poplu li suppost jieħu ħsieb. Il-qassisin jippriedkaw reliġjon

vjaġġ mis-suppervja għall-umiltà…
Hemm vjaġġ li kollha kemm aħna għandna nagħmlu – dan huwa l-vjaġġ li mis-supervja ngħaddu għall-umiltà. Ħa naraw aspett li wkoll rajnih fl-Evanġelju – il-farizew li jafda fih inifsu li huwa tajjeb u fl-istess ħin imaqdar lil ħaddieħor….Iċċentra fuqu inifsu li huwa biss tajjeb u jiġġudika lil oħrajn b’mod negattiv fuq bażi esterna…Imma Alla jħares lejn il-qalb u jara stampa differenti. Kemm jiġrilna li kważi nixxukjaw ruħna meta niskopru li
Mistoqsijiet Komuni
Ġejna mwaqqfa bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi eremiti fl-Italja u f’Malta aħna preżenti sa mis-seklu 14. Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin u naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji
F’Malta aħna preżenti f’6 komunitajiet: il-Belt Valletta, ir-Rabat, Ħal Tarxien, Tal-Pietà, Paceville u r-Rabat Għawdex.
Dawn huma t-tliet differenzi prinċipali bejn il-qassisin u l-patrijiet:
1. Fejn jgħixu
Il-qassisin iservu f’lokalità partikolari fid-djoċesi jew arċidjoċesi. Normalment, l-isqof jassenjahom f’parroċċa, fejn jgħixu b’mod indipendenti u jaħdmu mal-komunità tal-parroċċa. Kultant jgħixu ma’ saċerdoti oħra li jaqdu fil-parroċċa tagħhom, iżda kull wieħed jista’ jkollu l-proprjetà tiegħu.
Saċerdoti li huma f’ordni reliġjuża mhumiex assenjati għal djoċesi partikolari. Minflok, is-superjur tal-ordni (il-Pirjol Provinċjali) jgħid lis-saċerdot reliġjuż fejn se jgħix biex iwettaq il-ministeru tiegħu. Jista’ jkun f’belt differenti, jew saħansitra f’pajjiż differenti. Saċerdoti reliġjużi jgħixu flimkien f’komunità u jaqsmu kollox flimkien.
2. Il-missjoni tagħhom
Il-qassis huwa ġeneralment imsejjaħ biex jaqdi fil-parroċċa tiegħu, jiċċelebra l-quddiesa u jamministra s-sagramenti lill-parruċċani, fosthom il-magħmudija u r-rikonċiljazzjoni. Fl-istess ħin, imexxi l-parroċċa billi jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u finanzjarji. Barra minn hekk, il-qassis jaqdi l-bżonnijiet pastorali partikolari tal-parroċċa tiegħu, bħalma huma jżur il-morda u jakkumpanja spiritwalment lill-parruċċani.
Min-naħa l-oħra is-saċerdoti reliġjużi jistgħu jaħdmu f’varjetà wiesgħa ta’ ministeri inkluż parroċċa, fl-istess ħin huma wkoll jamministraw is-sagramenti u jiċċelebraw il-Quddiesa. Il-ħidma tagħhom tiddependi mill-kariżma tal-ordni reliġjuża tagħhom, li tirreferi għall-ispiritwalità u l-kariżma partikolari li għalih l-ordni twaqqaf. Il-ministeri jistgħu jinkludu t-tagħlim, il-ħidma mal-foqra, l-assistenza lill-anzjani, it-tmexxija ta’ ħajja kontemplattiva ta’ talb, u ħafna aktar.
3. Il-wegħdiet li jagħmlu
Is-saċerdoti kollha jagħmlu impenn importanti u uniku lejn il-Knisja meta jiddeċiedu li jidħlu fis-seminarju u meta jiġu ordnati. Imma hemm xi differenzi fit-tipi ta’ wegħdiet li jagħmlu l-qassisin, u meta jagħmluhom. Il-qassisin jagħmlu tliet wegħdiet lill-isqof fl-ordinazzjoni tagħhom:
- Jitlob kuljum il-Liturġija tas-Sigħat
- Li jobdi lill-isqof
- Li jgħix ħajja ta’ ċelibat
Saċerdoti reliġjużi jagħmlu wegħdiet solenni temporanji qabel l-ordinazzjoni tagħhom bħala parti mill-formazzjoni tagħhom.
Wara perjodu ta’ snin, skond l-ordni, huma jagħmlu wegħdiet solenni finali. Dawn il-wegħdiet, huma meħuda minn aħwa reliġjużi, nisa, u rġiel. Dawn huma t-tliet kunsilli evanġeliċi:
- Faqar
- Kastità
- Ubbidjenza
Is-saċerdoti Djoċesani u s-saċerdoti reliġjużi huma rigali mill-isbaħ li Kristu tana fil-Knisja tiegħu, u bil-modi separati iżda kumplimentari tagħhom, jgħinu lill-Knisja tiffjorixxi.
Illum nitolbu b’mod speċjali għall-vokazzjonijiet għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, u għall-vokazzjonijiet kollha għall-ħajja kkonsagrata.
Il-wegħdiet reliġjużi huma wegħdiet qaddisa. Huma jirriflettu stil tal-ħajja u impenn profond ta’ mħabba. Wara perjodu ta’ formazzjoni, il-membri ta’ komunitajiet reliġjużi rġiel u nisa, jistqarru pubblikament dawn il-wegħdiet ta’ faqar, kastità u ubbidjenza.
Il-wegħdiet reliġjużi jeħilsu bil-ferħ persuna biex tgħix għal Alla u permezz ta’ dik l-ewwel imħabba fis-sagrament tal-magħmudija taqdi lill-oħrajn bl-imħabba u tagħti xhieda tal-fedeltà, il-mogħdrija u l-kura ta’ Alla għal kulħadd.
Il-faqar hija l-wegħda li tistedinna ssejjaħna biex ngħixu fis-sempliċità. Aħna niddependu fuq il-ġenerożità tal-benefatturi tagħna u nimpenjaw ruħna li ngħixu f’komunità li tipprovdilna l-affarijiet materjali u finanzjarju tagħna. Il-vot tal-faqar huwa stedina biex nimxu wara Ġesù billi nħallu warajna l-ġid materjali minħabba s-Saltna tas-Smewwiet.
Il-kastità hija virtù personali – li tħobb lill-oħrajn b’mod xieraq bħala persuna ċelebi. Il-kastità hija stedina biex nirrinunzjaw iż-żwieġ u l-attività sesswali. Hija wkoll forma ta’ imħabba profonda ta’ sodisfazzjon kbir. Mhux kollox sagrifiċċju…. L-Agostinjani jieħdu sehem fl-imħabba intima u kasta tal-familja, il-ħbieb, u dawk li naqdu fil-ministeru.
L-ubbidjenza hija l-wegħda li nagħtu rispett lis-superjuri leġittimi tagħna. Is-superjur lokali tagħna jissejjaħ Pirjol, u għandu r-responsabbiltà għall-komunità lokali. Il-komunitajiet lokali huma organizzati fi Provinċji, immexxija minn Provinċjal. Il-Provinċjal iservi bħala l-Ordinarju, li jfisser li l-Provinċjal jieħu ħsieb jassenja fejn jgħixu u jaħdmu r-reliġjużi tal-provinċja.
Ir-Regola ta’ Santu Wistin tinkorpora l-prinċipji bażiċi tal-ispiritwalità Agostinjana tal-ħajja komunitarja reliġjuża. Din ir-Regola ta’ Santu Wistin inkitbet madwar is-sena 400.
- Dixxerniment
- Pre-novizzjat
- Novizzjat
- Voti Sempliċi
- Voti Solenni
- Ordinazzjoni djakonali
- Ordinazzjoni saċerdotali
Staqsi billi tidħol f’kuntatt magħna permezz ta’ din il-paġna, jew tkellem mad-direttur tal-vokazzjonijiet.
Skopri min AĦNA u skopri min INT
Aħna noffru ukoll il-possibilità li żgħażagħ, jgħixu flimkien mal-komunità f’Tal-Pietà għal ftit jiem, fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-ħajja tagħna mibnija fuq l-esperjenza tal-ewwel Komunità Nisranija.
Matul dawn il-jiem, ikollhom iċ-ċans iduqu ftit mill-ħajja tagħna billi jaqsmu magħna t-talb, l-ewkaristija, l-ikel, il-ħidma, il-mument ta’ rikreazzjoni u partikolarment il-ħidma tagħna lejn ħutna fil-Knisja.
Fuq kollox aħna naqsmu flimkien is-sabiħ ta’ kull persuna bl-istorja partikolari billi niċċelebraw l-esperjenza u l-kwalitajiet ta’ kull wieħed minna.
Ejja nimxu flimkien.
Nixtiequ nisimgħu l-istorja tiegħek.
Jekk trid aħna lesti nakkumpanjawk u flimkien miegħek nibdew vjaġġ ta’ tiftix għas-sejħa u l-pjan sabiħ li Alla għandu għalik.
Imla din il-form t’hawn taħt u tkellem mad-direttur vokazzjonali tagħna.
"*" indicates required fields






