Fil-bidu tas-seklu XVII faqqgħet fil-Ġappun waħda mill-persekuzzjonijiet l-iżjed qliel u mdemmija tal-knisja. Kienu kbar il-martirji li ħadu membri tal-Ordni Agostinjan għall-Vanġelu. Agostinjani mill-Ġappun, minn Spanja, mill-Portugal u mill-Messiku, rġiel u nisa, terzjarji, Ċinturati u fidili bil-mewt tagħhom taw eżempju ta’ għaqda u l-universalità ta’ l-Ordni. Hawn taħt insibu lista kronoloġika u dawk li huma mniżżla b’tipi grassi diġà ġew iddikjarati qaddisin mill-Knisja.
1610: Patri Ġwann Damarin u Patri Franġisk de Osorio ġew maqtula fil-port ta’ Nagasaki. Patri Pietru de Montejo miet priġunier fuq bastiment Olandiż qabel ma ġie mogħti lill-Ġappuniżi. Ġie maqtul ukoll Lwiġi Michoa, fratell Agostinjan.
1617: Lil Patri Hernando di S. Giuseppe de Ayala* u Ġappuniż Andrea Yoshida, president tal-Konfraternità taċ-Ċintura ta’ Nagasaki, qatgħulhom rashom.
1622: Ġew maħruqa b’nar batut Patri Pietru de Zuñiga u l-Ġappuniż Ġwakkin Hiroyama, dan ta’ l-aħħar għax għin lil Patri Pietru.
1630: Lil Fra Ġwanni Shozuburo, l-oblati Mikiel Kiuchi Tayemon, Pietru Kuhieye, u Tumas Teral Kahioye, u lit-terzjarji Manico Seizayemon, Lorenzu Hachizo, kollha Ġappuniżi, qatgħulhom rashom.
1632: Ġew maħruqa b’nar batut il-patrijiet Bartilmew Gutiérrez, Vinċenzu ta’ S. Anton Simoens, Franġisku ta’ Ġesù Terrero, Martin ta’ S. Nikola Lumbreras, u Melchiorre ta’ S. Wistin Sanchez.
1633: Ġie maqtul Patri Franġisk de Graça Correia.
1634: Tat lilha nifisha u ħadet il-martirju Maddalena minn Nagasaki, terzjarja Agostinjana.
1637: Mietu bit-turment tal-“fossa” Tumas Jihyoe, jgħidulu Kintsuba u Mikiel ta’ San Ġużepp. Fl-istess sena ħafna terzjarji Agostinjani ħadu l-martirju bħal Kinsuba.
Pietro Bellini, o.s.a.
SICARDO, J., OSA., Christianidad del Japón, y dilatada persecución que padeció, Madrid 1698; JIMÉNEZ, M. OSA., Mártires agustinos del Japón, Valladolid 1868; LO JODICE, C., Gli undici martiri agostiniani del Giappone, Bologna 1904; SANTIAGO VELA, G. DE, OSA., Nuestros mártires del Japón, in archivo agustiniano 7 (1917) 10-29 e Mártires agustinos del Japón, ib, 17 (1922) 54072; *HARTMANN, A., OSA., The Augustinians in the seventeenth century Japan, King City, Ontario 1965 (già in Augustiniana XIV-XV (1964-65); *RODRIGO, R., OAR., Fuentes sobre los misioneros agustinos recoletos martirizados en el Japón, Roma 1985; *ID., Vida y martirio de Martin de San Nicolás y Melchor de San Agustín, agustinos recoletos martirizados en Japón, Roma 1987; HARTMANN, A., OSA., The Augustinians in the Land of the Rising Sun, in AGUSTINOS II 801-826; PANEDAS, P., OAR., Mártires de Japón. Llamas de amor vivos, Zaragoza 1993; RUIZ DE MADINA, J., El martirologio de Japón, 1558-1873, Roma 1999.