Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020 kien inawgurat dawl ġdid għall-koppla tal-knisja parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. B’kollaborazzjoni mal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-port ta’ Marsamxett u l-GHRC, dakinhar kien inawgurat dawl ġdid anke għall-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu u tal-Knisja tal-Madonna tal-Pillar.
Dan huwa parti minn proġett akbar ta’ restawr u riġenerazzjoni tal-kunvent tagħna tal-Belt li issa ilu għaddej għal diversi snin. Ftit ġimgħat ilu filfatt inkixfet il-faċċata tal-Knisja u l-ġimgħa l-oħra inkixfet parti mill-ġenb tal-istess Knisja fuq triq San Ġwann. Apparti proġett ta’ restawr fuq ġewwa, il-ħsieb huwa li x-xogħol ikopri r-restawr fuq il-blokka kollha li tagħti fuq erba’ toroq.