Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Provinċjali tal-Lajċi Agostinjani organizzat Ċelebrazzjoni Penitenzjali tar-Randan għal-lajċi. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Kappella ta’ l-Iskola Santa Monika, B’Kara, L-ewwel ċċelebrajna il-quddiesa, u wara bdejna il-Penitenzjal li kien immexxi mis-Sur Godfrey Scicluna, membru fil-Kummissjoni. Il-Penitenzjal kien jinkludi riflessjoni minn Sr. Vania Bonello, Agostinjana, fuq it-tema: “Qum, aqbad friexek u imxi”.
Kien hemm ukoll diversi Patrijiet Agostinjani għall-qrar. Waqt il-qrar saru diversi riflessjonijiet adattati għal minn Żmien ir-Randan minn diversi Qaddisin u Beati Agostinjani. Iċ-ċelebrazzjoni għalqet bil-Barka Sagramentali.