Il-Provinċja bħalissa qiegħda tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex imbagħad il-ġisem tiegħu jinġieb Malta u d-difna ssir Malta. Aktar dettalji dwar dan jitħabbru aktar ‘il quddiem.
Il-Kardinal Grech kien għadu kif għalaq l-eta sabiħa ta’ 94 sena propju lejlet il-Milied. Dakinhar stess ħa sehem fil-quddiesa tal-lejl tal-Milied preseduta mill-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru. Sa llum stess għex għal tant snin fil-Kulleġġ Internazzjonali Agostinjan, Santa Monika, f’Ruma.
Il-Provinċja Agostinjana Maltija tirringrazzja lil dawk kollha li qed jinagħqdu magħha u juru l-viċinanza tagħhom f’dan il-mument ta’ niket.
Il-Kardinal Grech jibqa bla dubju ta’ xejn imfakkar bħala akkademiku għaref u reliġjuż ħabrieki li ta’ kontribut kbir lill-Familja Agostinjana u lill-Knisja. Fuq kollox kien bniedem li għaraf inissel tbissima simpatika f’dawk kollha li ltaqgħu miegħu. Nitolbu għal ruħu sabiex il-Mulej itih il-premju mistħoqq għal dak li ħadem għalih matul ħajtu.