It-Tlieta 17 ta’ Diċembru il-Provinċjal P. Leslie Gatt ħa sehem f’laqgħa tal-provinċjali tan-nofsinhar tal-Ewropa dwar il-proġett tan-Novizzjat komuni tal-Provinċji ta’ Spanja, Italja u Malta. In-Novizzjat jinsab f’Pavia fl-italja ta’ fuq, fejn huma venerati l-fdalijiet ta’ Santu Wistin Missierna. Bħalissa hemm żewġ novizzi taljani. Il-Provinċjali tal-Provinċji rispettivi ltaqgħu għal laqgħat mal-ekipp tal-Formazzjoni fejn saret evalwazzjoni tal-mixja formattiva u tal-programm li qed jiġi segwit. Saru anke diskussjonijiet dwar il-viżjoni għall-futur tal-istess novizzjat. P. Leslie Gatt kellu anke laqgħa man-novizzi dwar il-preżenza tal-agostinjani f’Malta.