Nhar il-Ħamis 14 u l-Ġimgha 15 ta’ Novembru, il-Kulleġġ iċċelebra s-Serata tal-Unuri għas-sena skolastika li għaddiet ġewwa s-Sala tal-Kampus tal-Primarja fil-Marsa. L-Onor. Evarist Bartolo u d-Direttur tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, s-Sur Ian Mifsud, attendew is-serata tal-Ħamis. L-istudenti ġew ippremjati għall-kisbiet akkademiċi tagħhom, permezz ta’ premijiet lil studenti li ġew l-ewwel fis-sena tagħhom, f’suġġetti partikolari jew li kisbu marki għoljin f’suġġetti partikolari. Il-Kulleġġ jemmen ukoll li studenti li tejbu l-marki tagħhom minn sena għall-oħra għandhom jiġu ppremjati għax il-viżjoni Agostinjani tal-Edukazzjoni tħaddan fiha l-valur tat-titjib tal-ħiliet tiegħek waqt li tħares lejn l-edukazzjoni b’mod pożittiv. Studenti li kisbu punti għoljin għall-imġieba tajba tagħhom ingħataw Premju tad-Deheb, Fidda jew Bronż skont il-każ. Premijiet speċjali oħra ingaħataw għall-studenti bi spirtu qawwi ta’ Komunita’ u lil oħrajn li wrew abilita’ f’xi Multiple Intelligences.
Tul dawn iż-żewġ serati, il-konunita’ edukattiva tagħna ċċelebrat il-ħiliet artistiċi tal-istudenti, permezz tal-Korijiet tal-Kampus tal-Primarja u tas-Sekondarja; il-band tas-Sekondarja, u numru ta’ skizzi qosra mill-istudenti tad-drama taż-żewġ Campuses. L-situdenti qraw xogħlijiet letterarji fil-lingwi li jitħarrġu fihom fil-Kulleġġ. Iż-żewġ serati ttellgħu permezz tal-ħidma sfieqa tal-edukaturi li ħadmu flimkien biex ħarrġu lill-istudenti li ħadmu fuq il-potenzjal tagħhom u qassmu t-talenti tagħhom mall-kustodji li jafdaw lil uliedhom fil-Kulleġġ tagħna.