Ekoskola u Go Green fil-Kulleġġ Santu Wistin

Matul is-snin li għaddew il-Kulleġġ Santu Wistin ħadem biex jgħin lill-istudenti fil-Primarja u Sekondarja japprezzaw iktar l-ambjent u n-natura filwaqt li jkunu minn ta’ quddiem biex jieħdu sehem f’inizjattivi li jgħinu l-ambjent u użu aħjar tar-riżorsi u l-affarijiet li għandna.

Matul is-sena skolastika li għaddiet fil-Primarja, l-istudenti flimkien mal-Edukaturi u diversi ġenituri ingħaqdu flimkien biex permezz ta’ tyres użati jsebbħu l-ġnien li għandhom fl-istess skola. F’dan iż-żmien l-istudenti kollha tal-Primarja ħadu sehem fl-inizjattiva Rainbow Tyres fejn kien huma stess li żebgħu diversi tyres użati biex isebbħu l-iskola. Dan huwa mod sabiħ u kreattivi ta’ kif ngħinu lit-tfal jieħdu ħsieb l-ambjent.

Fis-Sekondarja, l-Ekoskola Club tal-Kulleġġ b’involviment dirett ta’ kumitat minn studenti mgħejuna minn diversi edukaturi jieħu ħsieb jorganizza minn żmien għall-ieħor diversi inizjattivi ħadu mill-ġdid l-Green Flag, li hija rikonoxximent għall-iskejjel li jkunu ħadmu u ħolqu attivitajiet t’għajnuna għall-ambjent. Fost dawn l-inizjarttivi huma ħadmu fuq kuxjenza rigward it-tnaqqis ta’ skart, riċiklaġġ, żriegħ ta’ siġar fil-komunità tal-Pietà, kitba ta’ artikli u ritratti fil-Young Reporters for the Environment.

Minn qalbna nawguraw lill-komunità edukattiva tal-kulleġġ f’dan l-impenn tagħhom fl-ambjent u fin-natura.

 

Scroll to Top