Qegħdin nibdew sena liturġika ġdida. Ġie Avvent ieħor. Dan l-Avvent jinkoraġġina biex immorru lura għal din il-ħerqa u tfixxija li qarbitna lejn Alla. Dan iż-żmien ġdid jagħmlilna l-mistoqsija: hemm xi ħaġa fija jew f’ħajti li huwa neċesarju bidu ġdid? Din hija wake-up call. Jista’ jkun li nqbadna fit-timetables tagħna u sirna inqas sensittivi għal dak li qiegħed jiġri madwarna? Forsi tant aħna busy li hemm bżonn ta’ ftit riflessjoni. Niftakru wkoll meta waqt li konna busy konna mgħotija dak ir-rigal ta’ kalma permezz ta’ persuna oħra – li huwa mument ta’ grazzja.
Dan iż-żmien tal-Avvent huwa żmien ta’ grazzja. Huwa żmien fejn Alla jżurek, u dan jekk tħallih. Ibda llum, biex tirċievi din l-grazzja li Alla jżurek.
U kif ser nirċievu din il-grazzja li qed joffrilna Alla?
- Qatta aktar ħin fit-talb intimu mal-Mulej u dan ta’ kuljum
- Qatta ħin mal-Mulej tfittex t-tweġibiet għal problemi u sfidi tiegħek
- Qatta ħin mal-għeżież tiegħek.
- Iċċelebra l-Avvent bil-qalb tiegħek
- Aqra aktar partijiet mill-Iskrittura u immedita aktar
- Aqra kotba ta’ riflessjoni
- Għin aktar
- L-Avvent ma hux żmien biss ta’ konsumiżmu u li tixtri rigali
- Hemm rigal wieħed fil-Milied – dan huwa Ġesù
- Unwrap the gift.
- L-Avvent huwa żmien ta’ tiġdid u profonditta m’Alla.
- Huwa żmien li tistenna lil Alla, u dik l-istennija bil-fidi.
- Iċċelebra l-Avvent bil-qalb tiegħek
- Huwa opportunità li timxi lura mill-konsumeriżmu u tagħti spazju lil Alla
- Ngħatuh spazju billi niffilettu jekk Alla hux verament fl-ewwel post. Jekk ma hux, qegħdin nitilfu dik l-opportunità li jagħtina Alla.
- Dan iż-żmien ma hux żmien li nimlew il-vojt tagħna bl-affarijiet biex ngħattu, imma li nħallu l-ispazju li nirċievu l-grazzja li qiegħed joffrilna Alla. Ir-rigal hemm qiegħed. Issa aħna, bl-aljenazzjoni, jew nuqqas ta’ attenzjoni, jew b’indifferenza nistgħu lanqas nindunaw bir-rigal. Ir-rigal huwa Ġesù. Huwa biss li jimlina l-vojt tagħna.
fr. David Cortis osa