l-missjoni li Ġesù ta lit-72 hija l-istess missjoni li rċieva Ġesù innifsu.
U x’inhi din il-missjoni? Din hija li
- tħabbar li s-saltna t’Alla hija fil-qrib u
- li tfejjaq il-morda.
x’passi nistgħu nieħdu bħala evanġelizaturi?
- Ngħarfu l-ġuħ u l-għatx tal-qlub tal-bnedmin, dak li jirrikonoxxu u wkoll dawk moħbija (eżempju s-sens tal-ħajja, għaliex qegħdin hawn, jien min jien fil-verità?, x’jżommni ħaj? x’inhi l-imħabba vera? id-direzzjoni tal-ħajja, l-ispiritwalità, t-tfixxija għal Alla l-ħaj, t-tfixxija ta’ dawn il-mistoqsijiet)
- B’mod metaforiku, li wieħed jivvjaġa ħafif, jiġifieri bi ftit attachments – ma jkunx hemm attachments eżempju ta’ political correctness, jew ta’ xi biża li wieħed ma jitkellimx quddiem ċertu sitwazzjonijiet.
- Li wieħed jagħmel dan kollu b’kunfidenza, li ġejja minn Alla u wkoll f’sens ta’ komunità (bgħathom 2 by 2), u għalhekk permezz ta’ mentor, ħabib, jew komunità tista’ tara possibiltajiet li kienu hemm, imma ma rajthomx.
- Li jsir dan kollu b’ħafna ferħ, (u mingħajr ma jinjora dak li Alla jixtieq jagħmel permezz tal-ħajja tiegħek)…u l-ferħ huwa li nkunu dixxipli tiegħu u ħbieb tiegħu.
- U li wieħed ikollu l-għala tat-tama ta’ dan kollu (filwaqt li jkollu l-kuraġġ li jiskopri l-għan tal-ħajja tiegħu f’din l-istorja t’Alla)
Ftakar meta int lħaqt lil ħaddieħor permezz tal-kliem jew tal-għemil, biex turihom li huma persuni, forsi b’kelma ta’ kuraġġ jew ta’ simpatija, jew billi tajthom daqqa t’id f’sitwazzjonijiet diffiċli.
fr. David