Id-dixxipli jduru fuq Ġesu’ biex jibgħat lin-nies lura , għax rawha xi ħaġa kbira, xi ħaġa diffiċli li n-nies li kien hemm jibqgħu magħhom mingħajr ikel u post tajjeb fejn jistrieħu…
Imma Ġesu’ jemmen fihom, jemmen f’dak li għandhom, fil-ftit li jistgħu joffru – agħtuhom intom x’jieklu…
L-ewkaristija tħeġġiġna biex nagħmlu l-parti tagħna anke jekk hija żgħira u tista’ tidher insinifikanti…nistgħu nwasslu lil Kristu lil oħrajn…imqar b’xi ħaġa żgħira…
Ipprova aħseb fuq xi esperjenza li fiha ħsibt li l-ftit tiegħek ma kienx ser jagħmel differenza imma fil-verita’ għamel u kont ta’ ewkaristija għal xi ħadd…