Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2017, fil-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, sar servizz ekumeniku bħala parti mill-Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara. Is-servizz ekumeniku kien organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana għall-Ekumeniżmu bil-kollaborazzjoni tal- Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council). Ikkordina s-servizz ekumeniku Fr Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Djoċesana għall-Ekumeniżmu u Chairman ta’ Christians Together in Malta. It-tema ta’ din is-sena kienet Rikonċiljazzjoni: L-imħabba ta’ Kristu ssuqna.
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja