Immaġinaw bidwi joħroġ jiżra u jitfa’ ż-żerriegħa fl-għalqa tiegħi, f’ta’ ħdejh, fit-triq, fix-xewk…u ngħidudan jaf x’qed jagħmel? Din mhux kollha ħela ta’ żerriegħa? Mhux aħjar joqgħod attent fejn qed jitfa’ ż-żerriegħa u jagħmel xogħlu tajjeb? Lil xi bidwi li jaf xogħlu dan kollu jqanqlu minn ġewwa u jista’ jgerfxu.
Immaġinaw issa, business man li jinvesti flusu fil-business tiegħi, jinvesti f’ta ħdejh, jinvesti f’suq fi stocks li mhux ser jirrendu…u ngħidu dan jaf x’qed jagħmel? Dan mhux kollu ħela ta’ flus? Mhux aħjar joqgħod attent u jagħmel il-homework tiegħu sewwa qabel jinvesti? Lil xi businessman li jaf xogħlu dan kollu jqanqlu minn ġewwa u jista’ jgerfxu.
Immaġinaw issa, omm jew missier ta’ familja li jinvestu l-ħin tagħhom fl-uliedhom, f’ta’ ħdejhom, il-ħin ukoll ma’ tfal oħra b’każijiet soċjali u persuni mwarba mis-soċjeta, u ngħidu dawn jafu x’qed jagħmlu? Dan mhux ħela ta’ ħin? Mhux aħjar jużaw il-ħin sewwa ma’ uliedhom u jedukawhom tajjeb? Lil xi omm jew missier dan kollu jqanqlu minn ġewwa.
Illum fil-ħajja saret evidenti… kemm sirna nikkalkulaw kollox! Qed nirraġunaw li għal isforzi/effort li npoġġu nkunu rridu l-aħjar riżultat (maximum profit), u dak li ma jġibilniex rizultati…inwarrbuħ u ħafna drabi nwarbuħ mal-ewwel. Hemm min jgħid..x’hemm ħazin f’dan l-argument? Il-biċċa imma hi… li jekk dejjem u kull ħin ser tirraġuna hekk, u tirraġuna hekk f’kollox u ma’ kulħadd, dan id-diskors jista’ jsir perikoluż, speċjalment fejn jidħlu l-persuni umani, għax tibda tgħid, dak il-persuna ma hux jgħati riżultati, tneħħiħ, dak l-anzjan marid qed jaħlili ħafna u ma hux qed jatini xejn lura, dak it-tifel b’disabilita qed jismini ħafna….u nibqgħu sejrin f’dan kollu b’mod utilitarista mal-familji tagħna, ma’ ħbiebna, ntik biss skont ma tatini, nkejjek kollox dak li qed nagħmel…etc etc
U Alla jagħmel l-istess magħna? Joqgħod ikejjel? Jekk ma nagħtux riżultati jarmina? Alla ġeneruż dejjem u ma’ kulħadd u ma joqgħodx ikejjel magħna…Hu jibgħat ix-xemx u x-xita fuq kulħadd. L-imħabba ta’ Alla hija mingħajr limiti, ma għandix qies! Illum il-bidwi ħareġ jiżra u jiżra kullimkien, u ma joqgħodx jagħti każ jekk iż-żerriegħa taqax fuq il-blat fejn fl-art fejn hemm x-xewek….Xorta jibqa jiżra.
Kemm nafu nies li jagħtu dejjem xorta u dan minkejja li ma jirċievux lura bl-istess mod. Eżempju l-ġenituri lit-tfal tagħhom fl-imħabba u fit-trobbija u dan tinduna meta l-ġenituri jgħidulek – u jien rabbejtu tajjeb u bl-imħabba bħal ħuħ/oħtu, u ara ħareġ differenti.
Għalhekk fl-istorja tal-evanġelju tal-lum naraw kif jatwa dan Alla. Alla li qisu bħal bidwi li huwa abbundanti u jaħli r-riżorsi tiegħu, li mingħajr diskriminazzjoni jitfa’ ż-żerriegħa fuq kull tip ta’ art. Naraw l-imħabba all-inclusive ta’ Alla. Hawnhekk il-ħaġa hija mhux għax Alla ma jindunax li qed jitfa’ ż-żerriegħa f’art oħra, imma huwa jaf u konxju ta’ dan.
Alla li jofri l-kelma tiegħu lill-kull persuna, lilna, u dan irrispettivament minn potenzjal li nistgħu naċċettawha. Għalkemm mhux kulħadd ser jaċċetta l-kelma t’Alla u li jkollha l-frott, imma din hija offruta lill-kulħadd. Hekk Ġesù joffri din l-imħabba kbira t’Alla lill-kulħadd mingħajr diskriminazzjoni u lill kull tip ta’ persuna – żagħżugħ, anzjan, tifel, tifla, ommijiet, missirijiet, maltin, barranin, immigranti ewropej u immigranti afrikani, ħabsin, drogati, sinjuri, foqra, bla xogħol, etc…
Fil-Palestina tal-ewwel seklu, fid-dinja ta’ Ġesù li jkun hemm dan il-qsim tal-boundaries/fruntieri u li n-nies jitħalltu dan kien ta’ xokk kbir. U dan jista’ jkun ta’ sfida u challenge għalina fis-soċjetà tagħna li Alla jimmanifesta/juri lilu nnifsu ukoll f’dawk li aħna nwarbu fis-soċjeta tagħna. U għalhekk, aħna wkoll jekk kellna neżerċitaw din l-imħabba all-inclusive ta’ Alla, għandha tkun estiża wkoll lejn dawk li qegħdin jesplojtaw lill-ħaddieħor, eż l-immigranti fuq il-postijiet tax-xogħol, xogħol prekarju, inġustizzji fil-ħajja.
Għalhekk il-kelma tal-lum tgħidilna, tistedina biex niftħu ċ-ċrieki tagħna mhux biss mal-ħbieb u tal-viċin tagħna, imma ma’ kulħadd…li inkunu inklussivi. Għaliex il-bieb huwa miftuħ għall-kulħadd…kif kienet il-komunità tal-evanġelju skont San Mattew li tinkludi lil dawk l-lhud marġinati u lill-pagani qalb dawk li jemmnu, u dan meta kienu jaraw lill dawn in-nies mhux bħala art tajba. U hekk llum għalina bħala komunità nisranija f’dan iż-żmien li għaddejjin minn dan kollu li inkun inklussivi, din il-parrabola tistedinna ma nikkalkulawx kollox imma nwasslu l-imħabba kbira t’Alla għall-kulħadd u niftħu idejna, u nakkumpanjaw u nwieżnu lill-kulħadd.
Nitolbu ‘l Alla li jagħtina qalb bħal tal-bidwi li nkunu nafu li qegħdin niftgħu ż-żerriegħa fejn aħna naħsbu li ma hix art tajba, f’din il-ħidma ta’ evanġelizazzjoni għax kif jgħid Isaija, dejjem tagħti xi frott u ma terġax lura vojta (kif smajna fl-Ewwel qari). U dan għaliex il-bidwi li jiżra mhux ser jieħu l-prodott fi żmien qasir. Persuna tista tirċievi ż-żerriegħa tal-evanġelju f’ħafna ċirkustanzi. U din hija ż-żerriegħa tal-kelma t’Alla, tal-imħabba t’Alla lejn kulħadd.
fr. David Cortis osa