Matul ix-xahar ta’ Mejju diversi żgħażagħ, tnejn tnejn fuq l-eżempju tad-dixxipli ta’ Emmaws, kellhom l-opportunità li jgħixu ġimgħa mal-komunità Agostinjana f’Tal Pietà. Matul din il-ġimgħa ż-żgħażagħ komplew bil-ħidma u l-istudju tagħhom filwaqt li setgħu iduqu ftit mill-ħajja Agostinjana permezz tal-mumenti tat-talb, ikel u mumenti oħrajn. Din hija parti mill-ħidma tagħna ta’ akkumpanjament vokazzjonali fiż-żgħażagħ li jsiru matul is-sena permezz ta’ diversi attivitajiet u laqgħat individwali ma’ dawn iż-żgħażagħ.
Inħeġġu lil żgħażagħ oħrajn ma jaqtgħux qalbhom quddiem din l-isfida u fl-istess ħin inkomplu nitolbu sabiex ikun hemm żgħażagħ li jħallu kollox u jimxu wara Kristu permezz tal-Ħajja Agostinjana.
Għal iktar informazzjoni tista’ tkellem lil fr Terence Spiteri osa – [email protected]