Fl-ewwel jiem ta’ Marzu, il-Pirjol Provinċjali, P. Leslie Gatt ħa sehem f’laqgħa tal-Provinċjali tan-nofsinhar tal-Ewropa li saret f’Madrid fi Spanja. Flimkien mal-Pirjoli Provinċjali ta’ Spanja u tal-Italja, u l-Assistent Ġenerali, fil-laqgħa ġie diskuss partikolarment il-futur tal-Proġett ta’ Formazzjoni Inizjali Komuni. Matul il-laqgħa, il-provinċjali kellhom ċans iżuruż-żewġ professorji tal-Provinċja ta’ San Ġwann ta’ Sahagun fi Spanja, f’Valladolid u f’San Lorenzo del’Escorial. F’kull Professorju il-Provinċjali żaru anke l-istituti teoloġiċi rispettivi u saru laqgħat mat-tmexxija tal-istituti, mal-equip tal-Formazzjoni u mal-Professi li prattikament ġejjin minn ċirkoskrizzjonijiet differenti tal-Asja, l-Afrika u l-Amerka Ċentrali.
Bejn il-Ħadd, 26 ta’ Marzu u l-Erbgħa 29 ta’ Marzu imbagħad P. Leslie ħa sehem fil-laqgħa għas-Superjuri Maġġuri taċ-Ċirkoskrizzjonijiet ta’ Lingwa Ingliża f’Sydney l-Awstralja. Fil-laqgħa ħadu sehem diversi superjuri minn diversi partijiet tad-dinja flimkien ma’ erba’ assistenti ġenerali, fosthom il-Vigarju Ġenerali P. Joseph Farrell. Matul il-laqgħat kellhom ċans jaqsmu flimkien l-isfidi u l-esperjenzi partikolari tar-realtajiet tagħhom. Dawn il-laqgħat iservu wkoll biex jiġu diskussi possibiltajiet ta’ aktar kollaborazzjoni bejn ċirkoskrizzjonijiet tal-Ordni f’pajjiżi differenti. Matul din il-laqgħa saret anke żjara interessati fil-kulleġġ Santu Wistin f’Sydney.