Il-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għall-Istudji Teoloġiċi u l-Istitut Agostinjan tal-Provinċja Agostinjana Maltija, għandha l-pjaċir tħabbar żewġ lekċers distinti bħala parti mis-Serje tal-lekċers ta’ Santu Wistin 2026.
Dawn il-leckċers se jitmexxew minn Prof. Jean-Marie Salamito, Professur fil-Fakulté des Lettres tal-Università ta’ Sorbonne, studjuż rinomat internazzjonalment fil-qasam tal-Kristjaneżmu bikri u l-ħsieb ta’ Santu Wistin.
Is-27 Lekċer Annwali ta’ Santu Wistin
L-ewwel lekċer, li timmarka s-27 edizzjoni ta’ dan l-avveniment annwali, hija intitolata “Reading Saint Augustine and Renewing Democracy.” Din se ssir l-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2026 fis-19:00 fil-Hall B1, Gateway Building, l-Università ta’ Malta.
F’din il-lezzjoni, Prof. Salamito se jirrifletti fuq ir-rilevanza kontinwa tal-kitbiet ta’ Santu Wistin għas-soċjetajiet demokratiċi tal-lum, u joffri perspettivi dwar kif it-tradizzjonijiet teoloġiċi u filosofiċi jistgħu jikkontribwixxu għat-tiġdid tal-ħajja pubblika.
Il-laqgħa se tkun immexxija minn Rev. Prof. Jonathan Farrugia.
It-Tieni Lekċer: Santu Wistin u d-Dinjità tal-Bniedem
It-tieni lekċer, organizzata mill-Istitut Agostinjan, se ssir il-Ħamis 26 ta’ Marzu 2026 fis-18:00 fil-The Santa Rita Priory, San Ġiljan.
Intitolata “Saint Augustine and Human Dignity,” din il-lekċer se tesplora l-fehma ta’ Santu Wistin dwar il-persuna umana u l-pedamenti tad-dinjità tal-bniedem, u kif dawn jibqgħu rilevanti għall-ħajja personali u soċjali tal-lum.
Din il-laqgħa se tkun immexxija minn Rev. Fr Pierre Desira, Assistent Direttur tal-Istitut Agostinjan.
Iż-żewġ lekċers ser joffru esperjenza intellettwali u spiritwali għanja, fejn it-teoloġija, il-filosofija u r-realtajiet kontemporanji jiltaqgħu. Huma opportunità unika għal akkademiċi, studenti u l-pubbliku ġenerali biex japprofondixxu l-fehim tagħhom tal-ħsieb ta’ Santu Wistin u r-rilevanza tiegħu llum.
Kulħadd huwa mistieden jattendi. Wara kull lekċer ser ikun hemm drinks, bħala opportunità għal diskussjoni informali u laqgħa ta’ ħbiberija.