Laqgħa għal-lajċi Agostinjani

Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar, diversi lajċi midħla tar-realtajiet Agostinjani ltaqgħu fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara għal attivita rikreattiva li issa saret parti mill-kalendarju annwali għal dan iż-żmien. Din kienet filfatt l-ewwel attivita għal din is-sena organizzata mill-Kummissjoni Lajċi Agostinjani fi ħdan il-Provinċja.

Il-Laqgħa bdiet bil-wiri tal-film  A week away. Wara l-film kien hemm ukoll mument soċjali flimkien fejn ma naqsitx anke xi ħaġa tajba tal-ikel.

Dawn l-attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien, għandhom l-iskop li jġibu flimkien lajċi mir-realtajiet differenti Agostinjani u joħolqu sens sabiħ ta’ familja waqt li jinvestu fil-formazzjoni tagħhom.

Scroll to Top