Il-Patrijiet tal-Provinċja Agostinjana Maltija jiltaqgħu biex jitolbu flimkien bi preparazzjoni għall-Assemblea Provinċjali 2020

Il-Patrijiet tal-Provinċja jiltaqgħu biex jitolbu flimkien

Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Settembru 2020, iltaqgħu l-Patrijiet Agostinjani fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta. Huma kellhom laqgħa ta’ talb bi tħejjija għall-Assemblea Provinċjali Intermedja li ser tiġi ċċelebrata f’Ottubru 2020.

Il-laqgħa kienet immexxija mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi, li barra li talab mal-patrijiet, għaddielhom messaġġ ta’ tama u kuraġġ, biex mnebbħa mill-Mulej, l-Għalliem Interjuri, jagħmlu mill-isfidi, opportunità ta’ tiġdid. “Ejjew inkunu konvinti li Alla jrid il-ġid, Alla jagħti t-tama, li l-ġejjjieni mhux f'idejna imma Alla jaf dak li qed jagħmel magħna,” hekk qal l-Isqof Mons. Joe Galea Curmi.

Fl-aħħar ta’ dan il-mument il-Provinċjal P. Leslie Gatt osa qara messaġġ mibgħut mill-Assistent Ġenerali P. Luis Marin de San Martin osa bħala parti mill-preparazzjoni għal din il-mixja lejn l-Assemblea Provinċjali 2020.

 


© 2020 agostinjani.org. All Rights Reserved.