Open Weekend - Kunvent Santu Wistin Valletta

Il-komunità Agostinjana fil-Belt Valletta bħala parti mill-attivitajiet tal-Bi-Ċentinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija, fetħet il-bibien tal-kunvent sabiex in-nies iżuru u jagħmlu esperjenza ta’ kultura, arti, fidi u storja. Fost l-attrazzjonijiet kull min żar il-kunvent seta’ jara ukoll re-enactment tas-suldati ta’ Malta fuq dar fil-Mandraġġ fi żmien il-gwerra (viċin il-Kunvent Santu Wistin), wirja ta’ presepji kif ukoll wirja tal-għaqda mudelli tal-knejjes.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.