Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018, ġie magħżul is-66 Provinċjal tal-Provinċja Agostinjana Maltija wara li matul dawn l-aħħar tliet xhur, ir-reliġjużi agostinjani maltin, filwaqt li qiegħdin jipreparaw għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Provinċja, waqt din l-istess preparazjoni saru żewġ votazzjonijiet biex jinħatar il-provinċjal il-ġdid. Dan ix-xogħol isir kull erba’ snin. Bħalissa, diversi laqgħat qiegħdin isiru bi tħejjija għal dan il-Kapitlu importanti fil-ħajja tagħna r-reliġjużi agostinjani f’Malta. Patri Leslie jieħu l-inkarigu ta’ din