Words of Wisdom

77

Silta li tkellimna fuq il-maħfra. Lkoll rċevejna xi azzjoni ħażina fejn weġġajna u fejn sibna li naħfru lil xulxin hija xi ħaġa diffiċli. Ġesù jfakkarna li l-maħfra hija waħda mill-marki li tagħmilna dixxipli veri tiegħu. Li taħfer ma hix xi magic, jew xi automatic switch. Hemm proċess ta’ fejqan. Hemm bżonn nitolbu għaliex it-talb inissel fina l-Ispirtu ta’ Ġesù, li hu spirtu ta’ ħniena u ta’ maħfra. Il-maħfra hija diffiċli. […]

77 Read More »

Nimxi warajk biex…

Rabja kbira Il-profeta Ġeremija fl-ewwel qari jinsab f’sitwazzjoni ta’ disperazzjoni għax qiegħed jipprova jwassal messaġġ u biex jibqa’ fidil mal-missjoni tiegħu qiegħed jaqla ħafna fuq wiċċu u għalhekk idur fuq Alla u jgħidlu qarraqtni Mulej, u jien tqarraqt. Ma jiflaħx jara iktar li l-poplu Lhudi qiegħed jitfarrak qabel il-waqgħa ta’ Ġerusalemm u r-re ta’ dak iż-żmien Ġeħojakin iktar moħħu fil-palazz tiegħu milli fil-poplu li suppost jieħu ħsieb. Il-qassisin jippriedkaw reliġjon

Nimxi warajk biex… Read More »

unfinished symphony

L-Evanġelju ta’ dan il-Ħadd ikompli mas-silta tal-Ħadd li għadda. Il-Ħadd li għadda rajna l-ewforija tad-dixxipli u ta’ Pietru fejn raw li Ġesù huwa l-imgħallem, il-ħabib u l-Messija tant mistenni f’Israel. Min jaf kemm kien mument ta’ eċitament għalihom. U Ġesù wkoll ta r-responsabiltà lil Pietru u lid-dixxipli. Pietru – il-blata li ma tiċċaqlaqx – jiġifieri fuq xiex tinbena l-Knisja.   Kien mument ta’ ferħ, għaliex huma kienu qegħdin jistennew Messijah –

unfinished symphony Read More »

vox pop

Illum saret moda din l-biċċa tal-vox pops…u għal diversi affarijiet nisimgħu jew naraw minn jistaqsi mistoqsijiet biex jitwieġbu.  U llum fl-evanġelju għandna wkoll mistoqsija jew aħjar żewġ mistoqsijiet. Ħafna drabi ma naħsbux fuq din il-ħaġa, imma nindunaw li l-Evanġelji huma mimlija bil-mistoqsijiet. Xi kultant jidher li hemm iktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Il-mistoqsijiet jfissru tfixxija, li wieħed ikun għatxan għall-għerf…ikunu mistoqsijiet ġenwini u mhux mistoqsijiet tricky.  U hawnhekk nindunaw li permezz

vox pop Read More »

inti parti minn mużajk sabiħ

Knisja Forsi malli nisimgħu din il-frażi Inti Pietru, u fuq din il-blata nibni l-knisja tiegħi… moħħna mill-ewwel imur fuq blata soda u allura naħsbu fil-Papa, l-isqfijiet, il-kardinali, għorrief eċċ.. insomma immorru għal irjus kbar li qegħdin imexxu l-knisja. IMMA ninsew li l-knisja hija magħmula minn diversi biċċiet, diversi persuni oħrajn. Bħal mużajk li anke l-biċċiet iż-żgħar huma importanti biex l-istampa tidher sabiħa u tagħmel sens inkella ma tkunx sħiħa. Kull

inti parti minn mużajk sabiħ Read More »

Fejn int Mulej? Minn fejn għaddejt?

Fejn int Mulej? Minn fejn għaddejt? – hekk hu l-ewwel qari u t-tema ta’ dan il-Ħadd.Dixxipli li qegħdin jikkumbattu baħar qawwi u rħieħ qawwija. Hija parabolla għall-Knisja innifisha, irrapreżentatha mid-dixxipli fl-għajja tagħhom mdawwra ma’ rjieħ u mewġ għoli. U dan joħloq ħafna biża’ u anzjeta.  Imbagħad f’mument jersaq Ġesù jimxi fuq il-baħar. Il-baħar fi żmien il-Bibbja huwa xi ħaġa mniġġsa, huwa xi ħaġa tal-biża, xi ħaġa mistkerħa. Li Ġesù jimxi

Fejn int Mulej? Minn fejn għaddejt? Read More »

ejja…

Żewġ ‘heroes’ Elija jaħrab minn sitwazzjoni diffiċli, ir-reġina Ġeżabel riedet toqtlu għax hu kien qatel lil profeti li kienu qegħdin imorru kontra t-tagħlim tal-Mulej, dawk li jissejħu Baal… sitwazzjoni partikolari għax hu beda jħossu importanti u li qiegħed jirnexxielu, fuq kollox qiegħed jagħmel dak li kien qallu l-Mulej biex jerġa’ jiġbed lil poplu wara t-tagħlim tiegħu u mhux wara dawn il-profeti foloz…ħass ukoll   li m’għandux bżonn l-għajnuna tal-Mulej. Ħassu hero!

ejja… Read More »

lest titla’ l-muntanja?

Għalfejn jitilgħu fuq il-muntanja? San Mattew ma jgħidilnix għalfejn Ġesù flimkien ma’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni jitilgħu fuq il-muntanja, bħal donnu l-importanti li joffrilhom din l-esperjenza qawwija. Għalfejn Ġesù jitla fuq il-muntanja mad-dixxipli? Nistgħu nobsru li Ġesù hawnhekk xtaq jitlob…jara li dak li qiegħed jagħmel huwa parti mir-rieda l-pjan t’Alla. U nistgħu ngħidu li f’din l-esperjenza jgħix l-imħabba t’Alla permezz tal-viżjoni tal-profeti (Mose u Elija) flimkien mal-leħen minn ġo sħaba.

lest titla’ l-muntanja? Read More »

veduti ġodda

Ritratt James Pizzuto Il-mixja li għamlu t-tlett dixxipli għal fuq il-muntanja kienet fiha nfisha diġa esperjenza kbira. Imbagħad kellhom esperjenza aktar qawwija fejn raw lil Ġesù fil-glorja tiegħu. Hemmhekk saru jaru l-identità vera ta’ Ġesù. Aħna nitilgħu l-muntanja u naraw veduti ġodda. Naraw l-ibliet minn punt differenti. Naraw is-sbuħija kif ma rajniex qabel. Aħna neħtieġu mumenti fejn nitilgħu l-muntanji ‘l hemm mill-ordinarju. Anke permezz tat-talb. Bħal Ġesù għandna bżonn postijiet

veduti ġodda Read More »

Itlobni x’nagħtik

Hekk qallu Alla lil Salamun, li kien Re żgħażugħ. “Itlob x’nagħtik”. Hija mistoqsija li Ġesù wkoll jistaqsi xi drabi fl-Evanġelji. Hija mistoqsija li jistaqsi lili llum. Kif ser nirrispondi? X’irrid li jkolli jew li nkun bħalissa? Nistgħu nobsru b’mod tajjeb ħafna minn nies, inklużi aħna, x’nixtiequ nitolbu. Għal ħafna hija xi ħaġa marbuta mal-flus jew ma’ xi sigurtà materjali. Għalkemm uħud ukoll quddiem mistoqsi bħal din jitħawdu u ma jkunux

Itlobni x’nagħtik Read More »

Scroll to Top