200 Sena: Ħajja ta’ Flimkien u ta’ Qadi
Kien lejn it-tmien tas-Seklu XIV fejn l-Agostinjani jaslu għall-ewwel darba f’pajjiżna u kien biss fl-14 ta’ Settembru tas-sena 1817 meta uffiċjalment titwaqqaf il-Provinċja Agostinjana
Maltija. Snin twal ta’ ħafna aħwa li għexu flimkien f’komunitajiet differenti biss dejjem b’ideal wieħed mibni fuq il-Kelma ta’ Alla: li nkunu qalb waħda u ruħ waħda bejnietna magħqudin f’Alla. Dan kien ukoll l-għan ewlieni li fis-Seklu IV Wistin ta’ Hippona beda jiġbor irġiel miegħu biex flimkien ikunu dan is-sinjal tal-għaqda fil-Knisja u għall-Knisja. Minkejja l-firdiet li minn dejjem kienu preżenti, Alla sejħilna biex ngħixu flimkien ħalli nkunu dan is-sinjal: f’din ir-realtà hekk fraġli li ġġorr magħha l-għaqda ta’ bejn il-bnedmin, biss huwa possibli li ngħixu flimkien magħqudin. Għaldaqstant, ix-xhieda tagħna l-Agostinjani fid-dinja tal-lum hija mill-aktar attwali u fl-istess waqt kontemporanja u dan għaliex, teħodna fil-qalba tal-messaġġ tal-Evanġelu u fl-istess waqt, twieġeb bl-iktar mod qawwi għal waħda mill-isfidi kbar taż-żminijiet li ninsabu fihom: l-isfida tal-individwaliżmu. Ngħid dan għaliex ebda bniedem, ebda soċjetà , ebda komunità , ebda familja, u l-knisja fiha nfisha, ma tista’ qatt tgħix jekk mhux f’komunjoni. Aktar minn 600 sena ta’ preżenza f’Malta u 200 sena bħala Provinċja, dan huwa l-aqwa rigal li l-Ordni Agostinjan ta u għadu jagħti lill-Knisja u lis-Soċjetà f’pajjiżna: ir-rigal tax-xhieda tal-għaqda. Il-Kunventi li għandna, il-Knejjes li fihom naqdu lil tant nies, il-ħidmiet li nwettqu ma’ tant persuni, it-tagħlim li nwasslu lil tant tfal permezz tal-iskola, u tant ħidmiet oħra, dawn huma importanti għalina għaliex permezz ta’ dawn ir-relazzjonijiet f’pajjiżna u barra minn pajjiżna stajna u għadna nistgħu nwettqu parti mill-kariżma tagħna: li nkunu ta’ qadi għall-oħrajn. Relazzjonijiet bħal dawn li jgħinuna biex noħorġu mill-kunventi tagħna għall-bżonnijiet tal-oħrajn. Dan kollu nwettquh bla ma qatt ninsew li aħna wkoll persuni li ngħixu flimkien, nitolbu flimkien, nieklu flimkien, naqsmu t-toqol u t-tbatijiet ta’ xulxin, persuni li nħossu u ninkwetaw għal xulxin, persuni li nifirħu flimkien u b’xulxin, persuni li fil-qalb ta’ kull wieħed minna hemm sejħa li Kristu nnifsu għoġbu jagħmel lilna lkoll. Dan kollu jgħinna ta’ kuljum insaħħu fi qlubna l-konsagrazzjoni tagħna lil Alla għall-qadi tal-oħrajn.
Qiegħed insemmi dan kollu għaliex, aħna l-Agostinjani f’Malta, aħna u niċċelebraw dan il-Bi-Ċentinarju tal-Provinċja tagħna, ma rridux niċċelebraw biss xi dokument, xi digriet bħala twaqqif tal-Provinċja Agostinjana Maltija, imma fuq kollox, irridu iva niċċelebraw u nirringrazzjaw lil Alla ta’ tant persuni li għadhom anke llum ġenerużi mas-sejħa ta’ Alla li għamlilhom biex flimkien jgħixu taħt saqaf wieħed magħqudin. U permezz ta’ dan il-ferħ tagħna li rriduh jasal f’widnejn kulħadd, l-għajta tagħna hija waħda: huwa possibbli li ngħixu flimkien magħqudin.
Sena sħiħa ta’ Ä‹elebrazzjonijiet u attivitajiet li l-ProvinÄ‹ja Agostinjana ser tkun qed tgħix biex tfakkar dawn il-200 sena. Fosta dawn l-attivitajiet hemm: fix-xahar ta’ Settembru: il-ftuħ uffiÄ‹jali waqt Quddiesa Solenni mmexxija mill-ProvinÄ‹jal Patri Raymond Francalanza OSA; Ottubru: PellegrinaÄ¡Ä¡ għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa; Ftuħ tal-post il-Ä¡did li l-ProvinÄ‹ja se toffri biex tilqa’ fih persuni refuÄ¡jati u persuni oħra fil-bżonn; Novembru: ÄŠelebrazzjoni ta’ Jum il-Vokazzjonijiet u Ä imgħa Vokazzjonali Agostinjana; DiÄ‹embru: Inawgurazzjoni tal-Lapida ħdejn is-Salib fil-Ä¡nien ta’ quddiem l-Imdina; Inawgurazzjoni tal-Biblical Garden fil-Millennium Chapel; Jannar: Mument ta’ talb għall-għaqda tal-Insara fil-ParroÄ‹Ä‹a ta’ Santu Wistin – Valletta; Djalogi Agostinjani fit-Toroq tal-Ħajja mill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Gian Franco Ravasi; Frar: Seminar fuq ir-Regola ta’ Santu Wistin; Marzu: Preżentazzjoni tal-ktieb tat-tfal dwar il-Ħajja ta’ Santu Wistin; April: KunÄ‹ert Oratorio a Sant’ Agostino ta’ Mro Domenico Anastasi, taħt il-PatroÄ‹inju tal-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech OSA; Open weekend fil-Kunvent ta’ San Mark – Rabat; Mejju: Å»jara Kanonika tal-Pirjol Ä enerali tal-Ordni Agostinjan, Padre Alejandro Moral OSA; Festa Titulari ta’ Santu Wistin fil-ParroÄ‹Ä‹a tal-Belt; Ä unju: Festa Familja Agostinjana; Open weekend  fil-Kunvent tagħna tal-Belt; Preżentazzjoni tas-somma miÄ¡bura mill-ProvinÄ‹ja kollha biex jinxtara makkinarju Ä¡did fl-Isptar Mater Dei; Lulju: Esperjenza Missjunarja fil-Kenya; Attività soÄ‹jali għall-familjari, ħbieb u benefatturi; Awwissu: Festa ta’ Santu Wistin f’Għawdex – Quddiesa Pontifikal fil-Katidral mmexxija mill-EÄ‹Ä‹ellenza Tiegħu Mons Mario Grech; Settembru: Għeluq uffiÄ‹jali tas-Sena Bi-ÄŠentinarja – Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-EÄ‹Ä‹ellenza Tiegħu Mons ArÄ‹isqof Charles J. Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ä wann.
Hekk għandna quddiemna ħarsa ħafifa ta’ xi Ä‹elebrazzjonijiet li ser isiru matul dan il-Ä ublew. Ser naqsmu wkoll dan il-ferħ tagħna fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandna f’pajjiżna. Fost l-oħrajn, fuq dan il-Ä¡urnal tal-Leħen is-Sewwa, darba kull xahar ser inkunu qed nippubblikaw artiklu b’riflessjonijiet fuq dik li hija Storja Agostinjana, teoloÄ¡ija u spiritwalità Agostinjana, attivitajiet soÄ‹jali li aħna l-Agostinjani nwettqu fejn ninsabu; riflessjonijiet fuq il-kariżma tagħna; u xejn anqas, kif il-qalb ta’ Santu Wistin għadha mħeÄ¡Ä¡a anke llum wara tant eluf ta’ snin li dan il-bniedem kien fostna.
Din il-ħeÄ¡Ä¡a ta’ Santu Wistin, bniedem mimli ħolm u ħajja għall-komunitajiet tiegħu kif ukoll għall-Knisja, għenitna biex aħna u nirriflettu fuq il-logo għal din is-Sena Bi-ÄŠentinarja mit-twaqqif tal-ProvinÄ‹ja Agostinjana f’Malta, naħsbu fuq dak li kien dejjem preżenti fil-qalb ta’ Wistin: FITTIXTEK – SIBTEK – ĦABBEJTEK. Dawn it-tliet kelmiet li jiÄ¡bru u li jdawlu l-ħajja kollha kemm hi ta’ Santu Wistin, il-missier spiritwali tagħna l-Agostinjani, għenu wkoll biex il-pittur John Martin Borg joħroÄ¡ din il-pittura li għandha sens qawwi għalina lkoll li qegħdin ngħixu flimkien fuq ir-Regola ta’ Santu Wistin. Å»ewÄ¡ żgħażagh Agostinjani b’Wistin fin-nofs magħqudin flimkien b’dawk il-fjammi tan-nar li ħerÄ¡in mill-qalb li fil-logo/fl-istemma tagħna l-Agostinjani nsibuha dejjem preżenti. F’din il-pittura għandna dak l-Agostinjan li qiegħed iħares lejn idejh vojta… għadu ma sabx, biss qiegħed kontinwament ifittex. L-Agostinjan li għandu f’idejh dik il-fjamma, simbolu tal-preżenza ta’ Alla, huwa dak li sab lil min qiegħed ifittex. It-tielet wieħed, Wistin innifsu, huwa li għex din l-esperjenza, qalbu tixgħel mill-imħabba ta’ Alla, din l-istess imħabba li tilqa’ u tgħaqqad miegħu lil kull min jingħaqad miegħu f’din il-mixja lejn Alla. B’idejh miftuħa jfakkarna fi Kristu msallab li jgħidilna li m’hemmx imħabba ikbar minn dik li tingħata għal ħaddieħor. Dawn l-ilsna tan-nar li jixegħlu u jdawlu anke llum lill-qlub tagħna biex iżommuna flimkien magħqudin fil-komunitajiet tagħna: xhieda qawwija għal dawk kollha li jixtiequ u li qegħdin jagħmlu minn kollox biex jgħixu fl-għaqda ta’ bejniethom.
Raphael Abdilla OSA