Wara li f’Lulju li għadda l-kariga ta’ President tal-KSMR (Konferenza Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi) ġiet vakanti bir-riżenja tal-Provinċjal tal-Kapuċċini Patri Martin Micallef ofm cap; is-Sibt 9 ta’ Settembru 2017, is-Superjuri Maġġuri Rġiel u Nisa tal-Ordnijiet Reliġjużi f’Malta u f’Għawdex iltaqgħu flimkien biex jivvutaw għal President ġdid tal-KSMR.
F’din l-elezzjoni il-Provinċjal tagħna Patri Raymond Francalanza OSA ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-KSMR wara li ġab l-maġġoranza assoluta tal-voti kollha tas-Superjuri Irġiel u Nisa.
Kif intemmet l-elezzjoni, l-Viċi-President tal-KSMR, innotifikat mal-ewwel b’telefonata lil Nunzju Appostoliktu Mons Arċisqof Alessandro D’Errico, lil Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, lil Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech, lil Vigarju Ġenerali ta’ Malta Mons Joe Galea Curmi, kif ukoll ġew ukoll notifikati persuni oħra li għandhom diversi uffiċċji mportanti fiż-żewġ Djoċesijiet. Fl-aħħarnett ġiet infurmata wkoll il-Konferenza Maġġuri tas-Superjuri Maġġuri tal-Ewropa li għandha s-Sede tagħha f’Ruma.
Waqt li din l-aħbar hi għal Provinċja tagħna aħbar ta’ ġieħ, aħna nifirħu mill-qalb lill-Provinċjal tagħna għal din il-fiduċja li ntweriet fih, waqt li nkomplu inwegħduh it-talb u s-sostenn tagħna.
————–
Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi – K.S.M.R.
Conference of Religious Major Superiors
Il-Kunsill – The Council
President KSMR Rev Dr Ray Francalanza OSA STHD
Email: rayfrancalanza@outlook.com
Indirizz: Kunvent San Mark, Triq Santu Wistin, Rabat – RBT1117 – Malta
Kuntatti: Telephone – 21224439; Mobile 79538289
Viċi-President Sr Rachel Frendo OSA
Email: rfrendly@hotmail.com
Indirizz: 208, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – BKR 9068
Kuntatti: Telephone – 21486238; Mobile 99210355
Segretarja Ġenerali Sr Mary Anne Sultana DSH
Email: ksmr.info@gmail.com
Bursar: Sr Carmen Valentino RSCJ
Kunsillieri – Councillors Fr Alexander Vella O.Carm
Fr Frankie Cini MSSP
Fr Michael Bugeja SJ
Sr Pauline Farrugia DSH
Sr Doris Saliba RGS
Sr Carmen Valentino RSCJ
Kull Korrispondenza għandha tintbgħat lil – all correspondence should be sent to:
Rev Dr Ray Francalanza OSA STHD
President KSMR
Kunvent San Mark
Triq Santu Wistin
Rabat – RBT 1117
Malta