Reflections and articles

Id-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm

Ħadd il-Palm Id-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm (Mt. 21:1-11) Dan min hu? Nibdew il-Ġimgħa Mqaddsa bid-dħul trijonfali ta’ Ġesù f’Ġerusalemm. Din il-ġrajja turi tliet affarijiet dwar Ġesù: Ġrajja li turi kuraġġ. Ġesù kien jaf tajjeb li kien dieħel f’Belt ostili. Kienu kemm kienu entużjasti l-folol, l-awtoritajiet kienu jobogħduh u kienu ħalfu li jeħilsu minnu. Ġesù daħal Ġerusalemm u poġġa lilu nnifsu fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Ġrajja li turi Hu min kien jgħid li hu: …

Id-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm Read More »

Ilma li jagħti l-ħajja

It-tielet Ħadd tar-Randan Sena A – Il-laqgħa mal-mara Samaritana (Ġwanni 4:5-42) Ilma li jagħti l-ħajja L-għatx tal-mara Samaritana huwa simbolu tal-bżonnijiet l-iktar profondi fil-bniedem: il-bżonn tal-paċi, ta’ l-imħabba, tas-serenita, tat-tama, tal-ferħ, tas-sinċerita u tal-bżonn ta’ Alla. Dawn huma il-bżonnijiet li kull bniedem jesperjenza. L-ilma tal-bir jissimboliżża dak li jipprova jagħmel il-bniedem biex jaqta l-għatx, għatx li l-ebda ħaġa materjali ma tista tissodisfa. L-ilma ħaj li Ġesu’ jwiegħed huwa tip ta’ …

Ilma li jagħti l-ħajja Read More »

I miss you all

I miss you all Dear All ,  I ‘ m thinking of you all to day- first Friday of the Month when we adore and pray together the Taize’ adoration and afterwards  we go out and share together a meal at a nearby restaurant.  We should have been in Gozo now for the annual Live in!! I miss  all Welcomers who regularly come to sit at the desk and help …

I miss you all Read More »

Hemm dawl li qatt ma jbatti

Ir-raba’ Ħadd Tar-Randan sena A – Ġesu’ jiltaqa ma’ l-għama minn twelidu (Ġwanni 9,1-4.10) Hemm dawl li qatt ma jbatti L-Evanġelista San Ġwann huwa mnebbaħ mill-ġrajja meta Ġesu’ ltaqa ma’ l-għama minn twelidu. Huwa juża din il-ġrajja biex jiżviluppa tema ċentrali tal-messaġġ nisrani: is-salvazzjoni mogħtija minn Kristu. Jeżistu nies li huma għomja imma li jaħsbu li għandhom id-dawl u l-kapaċità li jagħtu valur huma lil kollox: flus, suċċess, karriera, sesswalità, …

Hemm dawl li qatt ma jbatti Read More »

Ġuf, mhux iktar qabar

Il-Ħames Ħadd tar-Randan sena A – Il-ġrajja tal-qawmien ta’ Lażżru (Ġw 11, 1-45) Ġuf, mhux iktar qabar Ġesu’ igħid lil Martha: “Kull min igħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt” (v. 26). Biex nispjegaw dan irridu nqabblu l-ħajja tal-bniedem f’din id-dinja, mal-ħajja tiegħu. L-eżistenza tagħna hija kkareterizzata minn ħruġ u dħul..noħorġu minn imkien u nidħlu fil-ġuf ta’ l-omm. Meta t-tqala ta’ l-omm tispiċċa, aħna noħorġu biex nidħlu f’din id-dinja …

Ġuf, mhux iktar qabar Read More »

Ir-Randan tal-Coronavirus

Ir-Randan tal-Corona Virus Dan ir-Randan ser jibqa’ msemmi bħala ir-Randan tal-Corona Virus. Żmien li ġab ħafna inċertezzi. Qaleb il-ħajja tagħna ta’ taħt fuq. Affettwa x-xogħol tagħna, id-dħul finanzjarju tagħna, il-vjaġġi tagħna, kif ukoll ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi tagħna. U ma nafux kemm ser indumu f’din is-sitwazzjoni! Hemm min staqsa jekk dan kollu kienx kastig ta’ Alla. Il-Lhud ta’ żmien Ġesu’ kienu jaħsbu hekk ukoll. Fil-vanġelu ta’ San Luqa (Lq 13,1-9), jissemmew żewġ …

Ir-Randan tal-Coronavirus Read More »

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa Ix-xena tal-Madonna taħt is-salib (Ġw. 19:25), hija xena iebsa ta’ omm tassisti għall-mewt ta’ binha. Marija, taħt is-salib qed tbati mhux biss minħabba l-mewt inġusta ta’ binha, imma hija mħassba dwar kif setgħet tirrikonċilja dak li kienet għaddejja minnu, dak li qed tara quddiemha, u dak li kien jingħad fuq binha Ġesù li kellu jkun is-Salvatur tad-dinja. Il-kliem li Marija rċeviet …

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa Read More »

Reflections for the Feast of Our Lady of Consolation

Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura – Rabat (28 ta’ Ottubru 2017) Meta niltaqgħu flimkien għal Ewkaristija…aħna ma niġux hawn bi drawwa! Niġu hawn… biex niltaqgħu ma dak li l-iktar jħobbna, biex nisimgħu kelmtU, biex meta noħorġu minn hawn..nibqgħu mexjin warajh: il-Ħaruf t’Alla. Niġu hawn biex ngħaqqdu l-esperjenzi li ngħaddu minnhom – dak li qed ngħixu, dak li hemm fina – u narawhom fid-dawl tiegħu. F’ċertu sens..inħarsu lejħ…’l fuq..minn fejn tiġina kull …

Reflections for the Feast of Our Lady of Consolation Read More »

200 sena Provinċja: Inġorru f’qalbna ħolma u missjoni mill-isbaħ

Il-ħolma li welldet qalb… qalb li llum għadha ħajja, tbaqbaq, sabiħa! 13 ta’ Novembru 354.  F’Tagaste (Souk-Ahras) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin żgħir kien ġa milqugħ fil-katekumenat u ngħata s-sinjal tal-melħ. Iktar tard hu stess kiteb: “Isem Ġesù…il-qalb ċkejkna tiegħi xorbitu bit-tjieba ma’ ħalib ommi u żammitu fis-sħiħ.” (Stqarrijiet III,4).

Scroll to Top