Words of Wisdom

Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja

Marija Omm il-Konsolazzjoni Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja.Sabiħ għal kulħadd imma speċjalment għall-dawk li jħossuhom jew huma waħdihom.Min huwa waħdu u ma jsibx il-wens, is-solitudni tiegħu jew tagħha tkun itqal milli hi. U meta qed ngħid solitudni, mhux biss solitudni fiżika – tkun tgħix waħdek imma hemm diversi esperjenzi fil-ħajja tagħna l-bnedmin fejn inħossuna waħidna, inħossuna mitluqin mill-oħrajn, jekk mhux ukoll emarġinati mill-oħrajn, jiġifieri, ħaddieħor jpoġġina fil-ġenb. Għandna solitudni morali, […]

Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja Read More »

San Eżekjel Moreno

Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena. Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo

San Eżekjel Moreno Read More »

għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss fija l-preżenza tiegħek. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi

għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek Read More »

Santu Wistin jiktbilna…

Għażiż/a Jisimni Wistin. Għalkemm għext żmien ilu, għadni ħaj illum permezz tal-ħafna kitbiet li ħallejt warajha. Nixtieq li permezz ta’ din l-ittra ċkejkna nagħmlu bħal encounter bejnietna ta’ dak li għext, esperjenzajt, ġarrabt, irriflettejt, u ta’ kemm Alla tas-sorpriżi kien preżenti kontinwament minkejja d-diversi dubji u diffikultajiet li ltqajt magħhom fiż-żgħożija tiegħi.  Għaliex, jiena bniedem u ngħix qalb il-bnedmin u “x’inhi qalbi jekk mhux qalb umana?”. Għalhekk ħabib, dawn huma

Santu Wistin jiktbilna… Read More »

x’qalb ser ikolli?

U l-isfida li ppruvaw ipoġġu lil Ġesù, Ġesù reġa poġġilhom sfida oħra lura u issa dak l-avukat li staqsih il-mistoqsija min hu l-proxxmu, qiegħed fin-nofs quddiem 2 persuni li baqgħu indifferenti u 2 persuni li laqgħuh. Ried jieħu deċiżjoni! U fil-fatt ir-risposta hija dak li wera’ miegħu ħniena. U dawn kieku kemm is-Samaritan u wkoll il-Lukandier. It-tnejn mwarbin mis-soċjetà, imma għalihom l-persuni hija aktar importanti mix-xogħol. U din ħaġa li

x’qalb ser ikolli? Read More »

Augustinian Reflections on the Christian Life

  Gilbert Meilaender, The Way that Leads There: Augustinian Reflections on the Christian Life, Wm B. Eardmans, Grand Rapids/mi, 2007 Santu Wistin ifformula dak il-ħsieb ta’ xewqa li “l-qalb tagħna ma ssibx kwiet jekk ma tistrihx fik, O Alla”.  Gilbert Meilaender isostni li din il-frażi hija fiċ-ċentru tal-eżistenza tagħna.  Ma huwiex ktieb fuq Santu Wistin jew it-tagħlim tiegħu fuq il-ħajja nisranija. Lill-qarrej jofri għadd ta’ riflessjonijiet fuq l-għexien nisrani li

Augustinian Reflections on the Christian Life Read More »

ħabbara fid-dinja tal-lum?

l-missjoni li Ġesù ta lit-72 hija l-istess missjoni li rċieva Ġesù innifsu. U x’inhi din il-missjoni? Din hija li tħabbar li s-saltna t’Alla hija fil-qrib u li tfejjaq il-morda. x’passi nistgħu nieħdu bħala evanġelizaturi? Ngħarfu l-ġuħ u l-għatx tal-qlub tal-bnedmin, dak li jirrikonoxxu u wkoll dawk moħbija (eżempju s-sens tal-ħajja, għaliex qegħdin hawn, jien min jien fil-verità?, x’jżommni ħaj? x’inhi l-imħabba vera? id-direzzjoni tal-ħajja, l-ispiritwalità, t-tfixxija għal Alla l-ħaj, t-tfixxija

ħabbara fid-dinja tal-lum? Read More »

Lejn fejn sejra ħajti?

Lejn fejn sejra ħajti? Liema direzzjoni ħadet, qabdet, qiegħdha? Mistoqsija li ħafna persuna jistaqsu, għaliex ħafna drabi l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja huma mitlufa fil-materjaliżmu u hedoniżmu. Naqraw stejjer ta’ persuni li jfittxu li jagħtu lil ħajja tagħhom direzzjoni ġdida, għaliex ħafna affarijiet (fosthom il-ġid u l-popolarità) ħallewhom b’sens kbir ta’ vojt fil-ħajja tagħhom. Huma d-deċiżjonijiet fundamentali li jagħtu direzzjoni lil ħajjitna. Fil-fatt fl-Evanġelju skont San Luqa, naraw li beda l-vjaġġ

Lejn fejn sejra ħajti? Read More »

Augustine Deformed

“Augustine Deformed: Love, Sin and Freedom in the Western Moral Tradition” huwa ktieb tal-professur John M. Rist, ippublikat fis-sena 2014 mill-Cambridge University Press. Kif nafu, Wistin stabbilixxa qafas morali li ddominat l-kultura tal-Punent għal aktar minn elf sena. Fil-preżentazzjoni tiegħu, xi drabi parzjali, ta’ xi wħud mill-kunċetti ewlenin tal-morali (l-imħabba, ir-rieda u l-libertà), madankollu, xi ħassieba sussegwenti f’tentattivi biex issir tiswija ta’ dan il-qafas, u fl-isforzi tagħhom, ta’ spiss aggrava

Augustine Deformed Read More »

Scroll to Top