Gospel

L-imħabba tal-Mulej tħawwad lil kulħadd

L-imħabba ta’ Kristu li toħroġ mid-definitions tagħna/mill-kaxxi tagħna – Kristu ma jitkellimx “għax hekk suppost, għax dejjem hekk sar, għax hekk hemm miktub…” il-Mulej ma jitkellimx mir-riġidità tal-liġi imma mil-liġi tal-imħabba. L-imħabba tal-Mulej tħawwad lil kulħadd – minflok keċċa lil midinba, laqagħha u aċċettaha flimkien mal-ġesti li bdiet tagħmel, ma bediex jiddubita minnha. Aħna fil-ħajja tagħna kif qegħdin nakkumpanjaw lil dawn il-persuni li forsi qegħdin fid-dnub? Qegħdin niġġuddikawhom, nitkażaw bihom …

L-imħabba tal-Mulej tħawwad lil kulħadd Read More »

Il-kompassjoni fil-ħajja tiegħek…

Il-Mulej juri kompassjoni mal-għarmla. Kompassjoni vera  tista’ tibdel sitwazzjoni – iwa il-kompassjoni tiegħek għal persuna oħra tista’ tfejjaq u tgħajjex persuna oħra. Meta kienu dawk il-mumenti li fihom persuna oħra uriet kompassjoni veru miegħek? Kif ħassejtek? Meta int urejt kompassjoni ma’ persuna oħra u mxejt magħha?

agħtuhom intom x’jieklu…lest tagħti l-ftit tiegħek?

Id-dixxipli jduru fuq Ġesu’ biex jibgħat lin-nies lura , għax rawha xi ħaġa kbira, xi ħaġa diffiċli li n-nies li kien hemm jibqgħu magħhom mingħajr ikel u post tajjeb fejn jistrieħu… Imma Ġesu’ jemmen fihom, jemmen f’dak li għandhom, fil-ftit li jistgħu joffru – agħtuhom intom x’jieklu… L-ewkaristija tħeġġiġna biex nagħmlu l-parti tagħna anke jekk hija żgħira u tista’ tidher insinifikanti…nistgħu nwasslu lil Kristu lil oħrajn…imqar b’xi ħaġa żgħira… Ipprova …

agħtuhom intom x’jieklu…lest tagħti l-ftit tiegħek? Read More »

Scroll to Top