Gospel

Kattar fina l-Fidi…

  Hija karba li llum għandha eku. Li nagħmlu mistosqijiet fuq il-fidi tagħna huwa eżerċizzju san. Il-fidi ma nistgħu npoġġuha fuq l-ixkaffa sakemm nużawha, għaliex imbagħad niskopru li saret dgħajfa u bla sens mill-użu tagħha u ma ssostniniex. U għalhekk il-virtu tal-integrita tinvolvi eżerċizzju importanti li tgħina wkoll fil-mumenti ta’ sfida. Li tkun bniedem bil-fidi huwa aktar itqal illum milli kien qatt qabel? Minn naħa l-waħda LE: l-ġenerazzjonijiet passati kellhom …

Kattar fina l-Fidi… Read More »

Alla mhux indifferenti lejn id-dinja – għaliex aħna qegħdin inkunu indifferenti?

Għandna raġel għani. Kien jagħmel ta’ bi ruħu li lil Lazzru ma jafux jew li mhuwiex jarah.  Imma meta dan ir-raġel l-għani miet u kien fi stat ta’ tbatija lil Lazzru jsejjaħlu b’ismu meta lil Abraham jgħidlu: “Ibgħat lil Lazzru…” Dan mela kien id-dnub ta’ dan ir-raġel sinjur: mhux għax kien sinjur, mhux għax kien jiekol tajjeb u jilbes sabiħ, imma għaliex fil-għana tiegħu għalaq għajnejh għal min kien qiegħed …

Alla mhux indifferenti lejn id-dinja – għaliex aħna qegħdin inkunu indifferenti? Read More »

Nkunu fidili f’dak li nagħmlu u ngħidu

Hija parabbola li tista tħawwdek. Is-sid huwa bniedem sinjur, b’possibiltà li għandu l-art. Huma kienu jqabbdu ‘managers’ biex jieħdu ħsieb il-business tagħhom. Setgħu jagħmlu bejgħ, loans, jiġbru d-dejn u jħalsu d-dejn għas-Sid tagħhom. Huma persuni li kellhom ċertu awtorita, ma humiex skjavi, li f’misapproprazzjoni, jistgħu jitkeċċew u jkunu umiljati. Il-manager moħħu jilħaqlu. Kien tifel ta’ żmienu, fejn tagħlmu s-sistema tar-reward u punishment biex jagħmel pjan għalih fis-snin li jaħdem u …

Nkunu fidili f’dak li nagħmlu u ngħidu Read More »

Intilfu u nstabu

Kemm ninkwetaw u nfittxu meta tintilef xi ħaġa u kemm iktar nifirħu u nikkalmaw meta nsibu dik il-ħaġa li nkunu tlifna. Għandna 3 parabboli. Jekk inħarsu ftit lejhom nindunaw li t-tlett parabboli għandhom l-istess format. Xi ħadd kellu xi ħaġa, imbagħad tilef waħda minnhom, imbagħad sab dik il-ħaġa l-mitlufa, u kollha jiddeskrivu l-ferħ li kellhom meta sabu dak li nfilef. 3 parabboli 99 + 1 = 100 9 + 1 …

Intilfu u nstabu Read More »

Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja

Marija Omm il-Konsolazzjoni Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja.Sabiħ għal kulħadd imma speċjalment għall-dawk li jħossuhom jew huma waħdihom.Min huwa waħdu u ma jsibx il-wens, is-solitudni tiegħu jew tagħha tkun itqal milli hi. U meta qed ngħid solitudni, mhux biss solitudni fiżika – tkun tgħix waħdek imma hemm diversi esperjenzi fil-ħajja tagħna l-bnedmin fejn inħossuna waħidna, inħossuna mitluqin mill-oħrajn, jekk mhux ukoll emarġinati mill-oħrajn, jiġifieri, ħaddieħor jpoġġina fil-ġenb. Għandna solitudni morali, …

Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja Read More »

x’qalb ser ikolli?

U l-isfida li ppruvaw ipoġġu lil Ġesù, Ġesù reġa poġġilhom sfida oħra lura u issa dak l-avukat li staqsih il-mistoqsija min hu l-proxxmu, qiegħed fin-nofs quddiem 2 persuni li baqgħu indifferenti u 2 persuni li laqgħuh. Ried jieħu deċiżjoni! U fil-fatt ir-risposta hija dak li wera’ miegħu ħniena. U dawn kieku kemm is-Samaritan u wkoll il-Lukandier. It-tnejn mwarbin mis-soċjetà, imma għalihom l-persuni hija aktar importanti mix-xogħol. U din ħaġa li …

x’qalb ser ikolli? Read More »

ħabbara fid-dinja tal-lum?

l-missjoni li Ġesù ta lit-72 hija l-istess missjoni li rċieva Ġesù innifsu. U x’inhi din il-missjoni? Din hija li tħabbar li s-saltna t’Alla hija fil-qrib u li tfejjaq il-morda. x’passi nistgħu nieħdu bħala evanġelizaturi? Ngħarfu l-ġuħ u l-għatx tal-qlub tal-bnedmin, dak li jirrikonoxxu u wkoll dawk moħbija (eżempju s-sens tal-ħajja, għaliex qegħdin hawn, jien min jien fil-verità?, x’jżommni ħaj? x’inhi l-imħabba vera? id-direzzjoni tal-ħajja, l-ispiritwalità, t-tfixxija għal Alla l-ħaj, t-tfixxija …

ħabbara fid-dinja tal-lum? Read More »

Lejn fejn sejra ħajti?

Lejn fejn sejra ħajti? Liema direzzjoni ħadet, qabdet, qiegħdha? Mistoqsija li ħafna persuna jistaqsu, għaliex ħafna drabi l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja huma mitlufa fil-materjaliżmu u hedoniżmu. Naqraw stejjer ta’ persuni li jfittxu li jagħtu lil ħajja tagħhom direzzjoni ġdida, għaliex ħafna affarijiet (fosthom il-ġid u l-popolarità) ħallewhom b’sens kbir ta’ vojt fil-ħajja tagħhom. Huma d-deċiżjonijiet fundamentali li jagħtu direzzjoni lil ħajjitna. Fil-fatt fl-Evanġelju skont San Luqa, naraw li beda l-vjaġġ …

Lejn fejn sejra ħajti? Read More »

Min tgħidu li jien?

Ġesù wkoll jagħmel survey żgħir …jistaqsi lil ta’ madwaru x’jaħsbu n-nies fuqu…u d-dixxipli jsibuha faċli u jgħidulu. Imma Ġesù jdawwar d-domanda għal fuqhom personali. “Intom min tgħidu li jien? Mhux x’nagħmel, imma min jien għalikom?..Hija domanda għalihom, għalik u għalija.. Domanda diretta. Min hu Ġesù għalija konkretament f’ħajti? Mistoqsija qawwija – li ġieli nsaqsu f’relazzjonijiet – għaliex tħobbni lili? X’infisser għalik? X’inhu l-iskop vera ta’ ħajti? Għalfejn għażilt din it-tip …

Min tgħidu li jien? Read More »

Scroll to Top