Gospel

Sar il-ħin. Alla ġej id-dar għalina.

Sar il-ħin. Alla ġej id-dar għalina. Il-Mulej jidħol fl-istorja tal-ħajja tagħna. Niftħulu l-bieb u nħalluh jidħol. Inkomplu f’din il-mixja tagħna f’dawn il-Ħdud tal-Avvent…f’dan iż-żmien ta’ preparazzjoni…mhux preprazzjoni biss għax-xiri tar-rigali, tiżjin, u elf ħaġa oħra, imma wkoll għal ftuħ ta’ qlubna biex bil-liberta sħiħa inħallu lil Alla jkompli jippreparana… Matul dawn l-4 Ħdud tal-Avvent, permezz tal-liturġija, konna qegħdin fi tfitxxija għall-passi u s-sinjali tal-presenza ta’ Alla fil-ħajja tagħna. Fil-fatt fl-ewwel …

Sar il-ħin. Alla ġej id-dar għalina. Read More »

Ħalli lil Alla jaħdem bil-mod tiegħu…

Ħalli lil Alla jaħdem bil-mod tiegħu…ifraħ għax aħna milqugħin u maħbubin minn Alla! Hija liturġija tassew sabiħa u rikka! Il-messaġġ nisrani jissejjaħ “evanġelju”, jiġifieri “bxara tajba”, sejħa għall-ferħ għall-poplu kollu; il-Knisja mhix kenn għall-imdejqin, il-Knisja hija d-dar tal-ferħ!  U dawk li huma mdejqin isibu fiha l-ferħ, isibu fiha l-ferħ veru! U nifirħu għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib. Hekk ukoll igħidilna San Ġakbu fit-tieni qari. “Stabru intom ukoll, qawwu qalbkom, għax …

Ħalli lil Alla jaħdem bil-mod tiegħu… Read More »

Lil min jixtieq Alla jressaq viċin, illum?

Din il-ġimgħa, il-biċċa xogħol tagħna, flimkien ma’ Iżaija u Ġwanni l-Battista hija li ngħajtu fid-desert, u li nippreparaw it-triq tal-Mulej, li nagħmlu ħbieb mal-għeddewwa antiki, li npoġġu ħdejn xulxin u naqsmu l-ikel u li nġibu l-paċi fid-dinja. Huwa żmien importanti u serju fejn nikkonvertu d-dinja permezz tal-ġustizzja biex il-paċi issaltan fostna. Lil min jixtieq Alla jressaq viċin, illum? Liema diviżjonijiet/qasmiet nixtiequ li naraw mfejjqa? Forsi wkoll f’pajjiżna…bejn partiti politiċi, bejn …

Lil min jixtieq Alla jressaq viċin, illum? Read More »

Wake up Call!

Qegħdin nibdew sena liturġika ġdida. Ġie Avvent ieħor. Dan l-Avvent jinkoraġġina biex immorru lura għal din il-ħerqa u tfixxija li qarbitna lejn Alla. Dan iż-żmien ġdid jagħmlilna l-mistoqsija: hemm xi ħaġa fija jew f’ħajti li huwa neċesarju bidu ġdid? Din hija wake-up call. Jista’ jkun li nqbadna fit-timetables tagħna u sirna inqas sensittivi għal dak li qiegħed jiġri madwarna? Forsi tant aħna busy li hemm bżonn ta’ ftit riflessjoni. Niftakru …

Wake up Call! Read More »

Inkomplu niffukaw u ma nitilfux dan iċ-ċentru

Forsi nistaqsu – kif fil-festa ta’ Kristu Re qed naqraw qari iktar marbut mal-Ġimgħa l-Kbira? Fuq is-salib li Ġesù deher bħala sultan – Dan huwa s-sultan tal-Lhud. Ġesù ma kienx sultan tal-għana jew tal-arroganza imma kien sultan-ragħaj li jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu. Sultan kien leader, u ejja niskopru l-leadership tiegħu…huwa tip ta’ leadership differenti) Kien jagħti l-ewwel post lil Alla Kien qrib tal-bniedem Kien joffri l-ħbiberija tiegħu lil Kulħadd Għandu …

Inkomplu niffukaw u ma nitilfux dan iċ-ċentru Read More »

Il-ħajja tiegħek qiegħdha f’idejn Alla, u xejn ma għandu jinkwetana

Huwa qari li jista’ jħawwadna…għax jissemmew ħafna affarijiet li ukoll jimlewna b’ċerta biża. Imma hemm diversi punti ta’ riflessjoni li jgħinuna f’dan kollu. Luqa jippreżentalna lil Ġesù bħala l-profeta, li kapaċi jaqra s-sinjali taż-żminijiet. Li joffrilna pariri mimlijin għerf u b’ħafna insight kif għandna naġixxu fiż-żmien diffiċli. Fil-fatt jekk naqraw b’attenzjoni l-Evanġelju, Ġesù qiegħed jiskoraġġixi lil dawk li qegħdin jipprovaw jikkalkulaw t-tmiem fuq il-bażi ta’ fenomini viżibli.  Huwa ma hux …

Il-ħajja tiegħek qiegħdha f’idejn Alla, u xejn ma għandu jinkwetana Read More »

aħna importanti għaliex aħna wlied Alla

Twaqqa’ għaċ-ċajt u status Is-silta tal-Evanġelu ta’ dan il-Ħadd turina grupp ta’ Saduċej jargumentaw ma’ Ġesù, li kienet xi ħaġa tipika, fejn jikkwotaw silta biblika kontra silta oħra.  Is-Saduċej użaw teknika komuni fejn twaqqa’ għaċ-ċajt il-pożizzjoni tal-ieħor.  Hemmhekk wieħed ma jkunux qed jieħu bis-serjetà l-punto di vista li jkun qed jesprimi ruħu, u lanqas ikun hemm smigħ veru ta’ dak li ħaddieħor qed jesprimi. Qatt sibt ruħek tagħmel dan ma’ …

aħna importanti għaliex aħna wlied Alla Read More »

Nafdaw ukoll li Alla jidħol f’ħajjitna, u hemm ikun hemm is-salvazzjoni.

Dan Żakkew kien publikan u sinjur – mela kien sterjotipat li kien diżonest, u l-kredibilità tiegħu zero.  U minflok Żakkew stieden lil Ġesù għal ikel, Ġesù stieden lilu nnifsu għal din l-ikla. U b’dan kollu Ġesù jaċċettah bħala wieħed li miegħu setgħa jaqsam ċertu valuri u ċertu ‘understandings’. Ukoll, jurih li miegħu wieħed jista’ jagħmel komunità. U għalhekk imbagħad kien hemm ir-reazzjoni għal dan kollu mill-folla. Kien hemm ostilità kbira. …

Nafdaw ukoll li Alla jidħol f’ħajjitna, u hemm ikun hemm is-salvazzjoni. Read More »

Ġesù jsejħilna biex nitolbu “bla ma naqtgħu”

Għandna parabbola li turina kif għandna nitolbu dejjem u bla ma naqgħtu qalbna. Nitolbu ta’ kuljum u mhux meta jkollna bżonn xi ħaġa. Ġesù jsejħilna biex nitolbu “bla ma naqtgħu”. Kollha ngħaddu minn mumenti ta’ għejja u ta’ qtigħ il-qalb, fuq kollox meta t-talba tagħna donnha m’hix tħalli frott. Imma Ġesù jiżgurana: b’differenza mill-imħallef diżonest, Alla malajr jisma’ lil uliedu, anki jekk dan ma jfissirx li jagħmlu skond iż-żminijiet u …

Ġesù jsejħilna biex nitolbu “bla ma naqtgħu” Read More »

Mill-esklużjoni għal inklużjoni

Fi żmien Ġesù, li xi ħadd ikun marid bil-lebbra, kien mwarrab u eskluż mis-soċjetà.  Issa wkoll Samaritan huwa persuna eskluża għaliex il-Lhud u s-Samaritani ma kienux jmorru tajjeb bejniethom.  Fl-istorja li għandna, dan ir-raġel kien eskluż doppjament, kemm bħala Samaritan u bħala lebbruż. U llum, min huma ‘l-lebbrużi’ moderni? Lil min qed neskludu? Eżempju: xi ħadd li ma jaqbilx magħna u għandu opinjoni differenti, xi ħadd ta’ kulur politiku ieħor, …

Mill-esklużjoni għal inklużjoni Read More »

Scroll to Top