Gospel

Kulħadd jixtieq li jkun ferħan…

Il-ġenituri jixtiequ l-aħjar għall-ulied u Alla wkoll jixtieq l-aħjar għalina. X’inhu l-aħjar għalina? Kulħadd jixtieq li jkun ferħan. Alla jridna li nkunu ferħanin u ħalaqna biex inkunu ferħanin. Mela l-ferħ mhux il-mistoqsija. Il-mistoqsija hija kif niksbu l-ferħ? Jekk nixtiequ nkunu nafu kif inhi l-qalb ta’ Alla, ma għandnix iħarsu lejn affarijiet oħra ħlief lejn il-Beatitudnijiet. U la nafu kif inhi l-qalb ta’ Alla, dawn il-beatitudnijiet jistednuna biex nimitaw il-qalb t’Alla. …

Kulħadd jixtieq li jkun ferħan… Read More »

Ħalli d-dgħajsa tiegħek….

Jiena ta’ Pawlu. Jien ta’ Apollo. Jiena ta’ Kefa. Jiena ta’ Kristu. Jien mifrud? Jien ta’ min jien? Hija l-storja tal-bniedem. L-istorja tal-familji, tal-politika, tal-kunventi, tal-parroċċi…Litanija tal-firda. Qasmiet kullimkien. Jien ta’ dak u tal-ieħor. Jien tan-North. Jien tas-South. Jien tajjeb – dak ħażin. Jien ma’ dan il-Papa. Jien mal-Papa l-ieħor. Jien ma’ dan l-isqof. Jien mal-Isqof l-ieħor. Ninqdew b’kollox biex napprofitaw ruħna aħna. Għax meta ngħid jien ta’ xi ħadd, …

Ħalli d-dgħajsa tiegħek…. Read More »

Ġesu qatt ma jiddisappuntana

Fil-vanġelu skont San Ġwann, l-ewwel ħaġa li bniedem jgħid titpoġġa fuq ix-xufftejn ta’ Ġwanni l-Battista: Araw il-Ħaruf t’Alla. Niftakru fis-sagriffiċju tal-Ħaruf u tal-Passover (il-festa li timmarka l-ħelsien ta’ Iżrael). Li nkunu ħielsa hija esperjenza qawwija, u tirrifletti kif jien nesperjenza l-ħelsien fi Kristu. Min xiex jien meħlus? (eż mill-biża tal-mewt, mir-riskju tal-absurdita, mid-dnub, mid-direzzjoni ħażina fil-ħajja). U iktar minnhekk, għal xiex jien ġejt meħlus? U x’inhuma l-konvinzjonijiet tiegħi li nkun …

Ġesu qatt ma jiddisappuntana Read More »

Kemm tara ‘l bogħod?

Is-sejħa biex inkunu qaddisin San Pawl fi-tieni qari jħeġġiġna li kulħadd imsejjaħ għall-qdusija, kulħadd imsejjaħ biex jara naqra iktar, tħares fil-bogħod. M’hemmx dak u l-ieħor, kollha kemm aħna mistednin għal ħwejjeġ kbar, ħwejjeġ/esperjenzi li ma jħalluniex naraw biss il-kumditajiet tagħna. Mhux daqshekk biss! Is-‘sufan’ mhux tajjeb għalina l-insara. Is-sufan huma l-kumditajiet tiegħi, dawk l-affarijiet li jagħmluni safe, dawk il-persuni li magħhom inħossni komdu għax huma inqas minni, Il-profeta Iżaija iħeġġiġna …

Kemm tara ‘l bogħod? Read More »

inti tiġi tfittixna Mulej

Nimmaġinaw lilna nfusna fil-preżenza tat-tarbija Ġesù, ta’ Marija u Ġużeppi Sorpriża li naraw li ġew rġiel b’apparenza mill-Lvant Meta jaraw lil Ġesù tarbija jinżlu għarkubtejhom – body language Jagħtuh rigali Deheb – għax re Inċens – għax divin Mirra – passjoni Jitkellmu fuq l-istilla u fuq Erodi U mbagħaq jitilqu mhux minn Ġerusalemm Aħna ma għandnix deheb, inċens u mirra – għandna l-imħabba Ġesù li esperjenza kemm l-aċċettazzjoni tal-għorrief u …

inti tiġi tfittixna Mulej Read More »

Min ifittex isib…

Min ifittex isib, min iħabbat jiftħulu Min jaf kemm-il darba rrepetejna din il-frażi lil xulxin.. probabli l-kuntest ta’ din il-frażi jkun meta xi ħadd ikun qiegħed jgħejja jfittex jew ikollu bżonn kuraġġ biex ikompli jfittex.. jew forsi qaluha lilna! L-istess ħaġa ġralhom il-maġi fil-festa tal-lum. Pero bid-differenza li l-maġi komplew ifittxu biex sa fl-aħħar sabu lil Ġesu u “mtlew b’ferħ kbir, inxteħtu fl-art iqimuh, fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu r-rigali” …

Min ifittex isib… Read More »

Awguri!

AWGURI Illum qegħdin nagħlqu kapitlu u niftħu ieħor. Ħares lura u rringrazzja lil Alla Ħares ‘il quddiem u afda f’Alla Ħares madwarek u aqdi lil Alla Ħares ġo fik u sib lil Alla BARKA Fl-ewwel qari naraw kif il-Lhud ifakkru r-relazzjoni tagħhom mal-Mulej għaliex jiftakru li l-Mulej ibierikhom, jixħet id-djia ta’ wiċċu fuqhom u jimlihom bl-imħabba. Din hija l-istedina li l-Mulej qiegħed jagħmlilna llum fl-aħħar/bidu tas-sena.. biex nħalluh fiċ-ċentru ta’ …

Awguri! Read More »

Is-sena t-tajba!

Is-sena t-tajba lil kulħadd.  Nibdew sena ġdida b’xewqat sbieħ u tajbin. Nawguraw lil xulxin sena mimlija b’ħafna affarijiet sbieħ, li l-liturġija tal-lum tiġborha f’kelma waħda – BARKIET – Il-Mulej jbierkek, li l-Mulej jimlik bil-barkiet tiegħu matul din is-sena li għadna kif bdejna. U fil-fatt il-qari jurina b’mod konċiż x’tikonsisti din il-barka ta’ Alla: li naraw wiċċ Alla u li niltaqgħu miegħu, li ngħixu u nesperimentaw il-ħniena t’Alla, li hija l-imħabba …

Is-sena t-tajba! Read More »

id-djamant tal-Milied

X’ifisser il-Milied? Min jaf kemm-il darba iċċelebrajnih! Ħa nieħdu xi aspetti partikolari. Ħa nibdew mis-simboli u li għandna hawn fuq l-artal Il-presepju – huwa immaġini tal-ġenna. Kollox juri paċi, mħabba, fulfiment, mingħajr biki. Hija ikona tal-vizzjoni ta’ Iżaija fejn Alla jimsaħ kull demgħa. It-tarbija fil-paċi. L-għar – huma post fejn igħixu l-baqar, ngħaġ u annimali u jieklu f’maxtura. U Ġesù qed f’maxtura tal-injam. Dak l-istess injam li mbagħad sar is-salib …

id-djamant tal-Milied Read More »

Dik il-maxtura! Dak tal-lukanda.

Maxtura Jista’ jkun li mhux veru twieled f’maxtura Ġesù – hija simbolu..it-twelid ta’ Ġesù sar fi stalla biex jistedinna naħsbu li Ġesù żgur ma twelidx f’xi katidral (m’hemmx paragun)…ma kellux inċens ifuħ, anzi riħa ta’ annimali. Dan kollu jurina s-sempliċità/radikalità ta’ din il-festa. Imma l-maxtura hija ukoll dik li minna jieklu l-annimali…kellha funzjoni oħra – kienet tagħti l-ħajja lil dawk li kienu jieklu minna. U Ġesù f’diversi okkażjonijiet iqabbel lilu …

Dik il-maxtura! Dak tal-lukanda. Read More »

Scroll to Top