Gospel

Itlobni x’nagħtik

Hekk qallu Alla lil Salamun, li kien Re żgħażugħ. “Itlob x’nagħtik”. Hija mistoqsija li Ġesù wkoll jistaqsi xi drabi fl-Evanġelji. Hija mistoqsija li jistaqsi lili llum. Kif ser nirrispondi? X’irrid li jkolli jew li nkun bħalissa? Nistgħu nobsru b’mod tajjeb ħafna minn nies, inklużi aħna, x’nixtiequ nitolbu. Għal ħafna hija xi ħaġa marbuta mal-flus jew ma’ xi sigurtà materjali. Għalkemm uħud ukoll quddiem mistoqsi bħal din jitħawdu u ma jkunux …

Itlobni x’nagħtik Read More »

Għalfejn qiegħed ngħix?

Xi skop fiha l-ħajja? X’nixtieq fil-ħajja? F’hiex l-iktar li qiegħed inpoġġi l-impenn tiegħi? Dawn il-mistoqsijiet jisfidawna biex ninżlu iktar fil-fond tal-ħajja tagħna. Lkoll nafu li m’humiex mistoqsijiet faċli u jista’ jkun li nibżgħu naffrontawhom u nirrisponduhom, jista’ jkun ukoll li l-kultura tal-lum tħeġġiġna iktar għal ħajja iktar superfiċjali imma ħafna minna nirrealizzaw li qegħdin nitilfu ħafna mill-iskop tal-ħajja. X’inhu t-teżor tiegħek? X’sens fiha l-ħajja? X’jagħmel il-ħajja sabiħa? Ir-raġel tal-parabbola tal-lum …

Għalfejn qiegħed ngħix? Read More »

tikkalkula xejn?

Immaġinaw bidwi joħroġ jiżra u jitfa’ ż-żerriegħa fl-għalqa tiegħi, f’ta’ ħdejh, fit-triq, fix-xewk…u ngħidudan jaf x’qed jagħmel? Din mhux kollha ħela ta’ żerriegħa? Mhux aħjar joqgħod attent fejn qed jitfa’ ż-żerriegħa u jagħmel xogħlu tajjeb?  Lil xi bidwi li jaf xogħlu dan kollu jqanqlu minn ġewwa u jista’ jgerfxu. Immaġinaw issa, business man li jinvesti flusu fil-business tiegħi, jinvesti f’ta ħdejh, jinvesti f’suq fi stocks li mhux ser jirrendu…u ngħidu …

tikkalkula xejn? Read More »

Tħossok tagħżaq fl-ilma?

Min jaf kemm-il darba nħossni qiegħed nagħżaq fl-ilma! Kollu għalxejn, ma narax progress u riżultati f’dak li qiegħed nagħmel. Dan huwa parti mill-proċess diffiċli u iebes taż-żrigħ. Fil-ħajja xi drabi nħossu li dak li żrajna (dak li nkunu ħdimna u stinkajna għalih) waqa’ mal-mogħdija (intilef u ma ħalliex impatt), oħrajn waqgħu fil-blat (baqa’ bla ħajja) filwaqt li oħrajn waqgħu qalb ix-xewk (spiċċaw bla ħajja, fgati). Din hija l-esperjenza tal-ħajja tagħna …

Tħossok tagħżaq fl-ilma? Read More »

X’qed itaqqalna fil-ħajja?

X’qed itaqqalna fil-ħajja? X’qed jagħmilna skjavi? Forsi kif qiegħda tinbidel is-soċjetà X’valuri għandna llum Il-fejn sejrin fil-ħajja tagħna u fis-soċjetà li qegħdin ngħixu X’irridu mill-ħajja – nuqqas ta’ sodisfazzjoni fil-ħajja Frustrazzjoni Kundizzjonijiet ibsin tal-ħajja Il-faqar fid-dinja Nies għajjenin, aljenati Mifnija taħt it-toqol tat-telqa u l-indifferenza (indifferenza tal-bnedmin u indifferenza tal-insara) Toqol ta’ struttura ekonomika li drabi tabbuża mill-bniedem Skjavi Tal-idea tagħna mingħajr ma nisimgħu u nħallu qalbna għal ideat differenti …

X’qed itaqqalna fil-ħajja? Read More »

“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni”

“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni” Vers wieħed u 4 kelmiet l-istess: tilqa’. Li tilqa’ persuna jfisser li turi ospitalità. L-ospitalità hija l-proċess fejn wieħed barrani jkun taħt il-protezzjoni għall-ċertu żmien, u biex jimxi ‘l quddiem mill-protezzjoni bħala ħabib jew għadu. B’eżempju tajjeb li wieħed jirċievi ikun hemm reċiproċità f’dan it-trattament tajjeb. Ġesù dejjem laqa’ lil dawk li resqu viċin tiegħu, …

“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni” Read More »

Nilqgħu lil oħrajn

Kemm jien akkoljenti? Li tkun akkoljenti, ma jfissirx biss li tagħti xi ħaġa milli għandek, jew xi kultant minn dak li ma tridx jew m’għandekx x’tambih imma fuq kollox tagħti lilek innifsek. Fl-ewwel qari, din il-mara għanja offriet l-akkoljenza lil Eliżew f’Sunem. Sunem jinsab ftit ‘il bogħod mill-għolja tal-Karmelu u ma kienx hemm xi bżonn partikolari li jieqaf jiekol u jistrieħ għandha. Imma hi għax emmnet f’dan il-valur offrietlu jibqa’ …

Nilqgħu lil oħrajn Read More »

la tibżax

La tibżax. Kemm hija ħaġa tajba li xi ħadd li jkun inkwetat jisma’ dan il-kliem mingħand Ġesù. Ġesù jaf li irridu nisimgħu dan il-kliem.  Illum fl-Evanġelju tissemma 3 darbiet. Ġesù li qed jagħmlilna kuraġġ fil-missjoni li għandna. Ġesù jaf li bħalma hu ħabbat wiċċu ma’ tant persekuzzjoni, hekk ukoll id-dixxipli u aħna fil-mixja tad-dixxipulat. Ġesù jurina li l-biża tagħna ma għandix tkun minn dawk li jistgħu jwassluna għall-mewt, imma min …

la tibżax Read More »

tara u ma tifhimx…

Tara u ma tifhimx….titlob u ma tarax frott…tafda u tħossok tradut…tgħix is-sewwa u jiddieħku bik…taħdem u timpenja lilek innifsek u tibqa’ fejn tkun…tagħmel il-ġid u ma tkunx apprezzat. Tgħix il-Vanġelu u taqlagħha. Din hija l-esperjenza ta’ kull wieħed u waħda minnha. Il-Profeta Ġeremija għadda minn dawn is-sentimenti bħalma ngħaddu minnhom aħna. Minn ġewwa, kien persuna mimli bid-dubbji, mgħobbi b’mistoqsijiet serji fuq l-eżistenza tiegħu u għaliex qiegħed jgħix. Min barra kien …

tara u ma tifhimx… Read More »

x’tiftakar?

San Ġwann fil-Vanġelu jindirizza żewġ problemi li għandhom x’jaqsmu mal-ewkaristija: tieħu sehem mingħajr ma taf min hu Ġesù u tieħu sehem mingħajr ma’ turi l-fidi tiegħek fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum. L-ewwel aspett jitkellem fuqu f’din is-silta li għandna quddiemna u t-tieni aspett jitkellem fuqu iktar tard f’kapitlu 13 – ħasil tar-riġlejn. Memorja – ftakar L-ewkaristija hija tifkira tal-passjoni u l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù…fl-ewwel qari Mose jkellem lil poplu u …

x’tiftakar? Read More »

Scroll to Top