Article

Mind the gap u l-fidi

Kull min ra xi dokumentarju jew qara xi artiklu dwar Londra jew kien xi darba f’din il-belt metropolitana, u għamel użu mis-servizz tal-underground f’din il-belt, jinduna li dan huwa avviż biex wieħed joqgħod attent għal vojt li jkun hemm bejn il-platform u t-tube tal-underground. Mind the gap saret l-frażi  li ssibha fuq flokkijiet, tazez u elf ħaġa oħra biex tfakkrek f’Londra. Hemm distanza, li tista’ tkun ċkejkna jew kbira skont […]

Mind the gap u l-fidi Read More »

Santu Wistin Ifittex ’l Alla – P. Patrizju Mallia osa

Mitluf, waħdi niġġerra fi ħsiebi, Biex infittex lil Dak li ħabbejt, U hekk qalbi bil-ħeġġa titfawwar, Kif xtaqt darba, għalhekk Lilu nsejt.   Ħsiebi sar, bħal għasafar tal-ajru, Li jittajru fil-ogħla smewwiet, Għax hu mxennaq biex fis jista’ jgħarrex, Qalb il-fwieħa tal-ogħla ħlewwiet!   Ma nistax nibqa’ mxennaq għas-Sewwa, Jeħtieġ ngħaġġel, nittajjar ’il fuq, Jeħtieġ nofroq is-sħab li jgħattini Biex l-Imħabba bi ġmielha induq.   Iżda mnejn jien sa nterraq

Santu Wistin Ifittex ’l Alla – P. Patrizju Mallia osa Read More »

San Eżekjel Moreno

Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena. Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo

San Eżekjel Moreno Read More »

Mulej Ġesu’, agħtini qalb mimlija paċi…

San Gwann minn Sahagun “Missier, ma tafx tagħlaq ħalqek! Sur duka, għalfejn nitla’ fuq il-pulptu? Biex ngħid il-verità lil min qed jismagħni jew biex bla mistħija nżiegħel bihom biex ifaħħruni?” Dan il-kliem intqal bejn id-duka t’Alba li mar għall-funzjoni reliġjuża u l-patri Agostinjan Ġwanni minn Sahagun li kien qiegħed jippriedka. Dak il-jum Ġwanni pprofitta mill-preżenza ta’ ħafna nobbli tal-belt u awtoritajiet ċivili, sabiex jikxef il-gvern ħażin u l-inġustizzji tal-prepotenti ma’

Mulej Ġesu’, agħtini qalb mimlija paċi… Read More »

Scroll to Top