Author name: Fr Terence Spiteri

Fi Kristu Rebbieħ it-tama tagħna

Għeżież ħbieb, Iż-żminijiet partikolari li qed ngħixu fihom, irriduċew il-ħajja tagħna għal dak li hu minimu. Jekk ir-Randan kien dejjem joffri stedina biex ninqatgħu xi ftit mir-rutina mgħaġġla tal-ħajja u nħarsu ’l ġewwa fil-qalb tagħna, din is-sena kien mument li fiżikament, qatagħna ħafna aktar milli qatt konna nimmaġinaw. Huma ġranet li poġġewna f’taħlita ta’ emozzjonijiet li jvarjaw minn biża’ u tensjoni għal mumenti aktar ferrieħa fil-preżenza ta’ dawk aktar għeżież […]

Fi Kristu Rebbieħ it-tama tagħna Read More »

L-Għid: Tifsira ġdida lil dak li għaddejjin minnu

L-Għid: Tifsira ġdida lil dak li għaddejjin minnu Fid-dinja kollha, fl-għodwa tal-Għid, permezz tal-Mass Media u tas-Social Media, ser titwassal l-Aħbar it-Tajba tal-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet, lil miljuni ta’ nies. Din l-aħbar tal-Għid, din is-sena ser titwassal, kif ilkoll nafu, fi żmien partikulari ħafna, minħabba l-Covid-19. Dawn il-messaġġi ser jaslu lil nies li huma morda, imbeżżgħin, b’qalbhom maqtugħa, f’solitudni, magħluqin f’darhom, nies li għaddejjin minn tbatija u tħassib, minħabba li

L-Għid: Tifsira ġdida lil dak li għaddejjin minnu Read More »

Ġesù jaħsel riġlejn l-Appostli

Ħamis ix-Xirka Ġesù jaħsel riġlejn l-Appostli (Ġw. 13:1-15) Qalb ta’ qaddej Ftit ġrajjiet fil-Evanġelju juru l-karattru u l-imħabba ta’ Ġesù, hekk ċar daqs din il-ġrajja. Ġesù kien jaf li kollox ġie mogħti lilu. Kien jaf li s-siegħa tal-umiljazzjoni kienet viċin, imma kien jaf ukoll li s-siegħa tiegħu tal-glorja kienet viċin ukoll.  Dan seta’ għamlu kburi, madanakollu minkejja li kien jaf li s-setgħa u l-glorja kienu tiegħu, huwa ħasel saqajn id-dixxipli. Fil-mument

Ġesù jaħsel riġlejn l-Appostli Read More »

Id-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm

Ħadd il-Palm Id-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm (Mt. 21:1-11) Dan min hu? Nibdew il-Ġimgħa Mqaddsa bid-dħul trijonfali ta’ Ġesù f’Ġerusalemm. Din il-ġrajja turi tliet affarijiet dwar Ġesù: Ġrajja li turi kuraġġ. Ġesù kien jaf tajjeb li kien dieħel f’Belt ostili. Kienu kemm kienu entużjasti l-folol, l-awtoritajiet kienu jobogħduh u kienu ħalfu li jeħilsu minnu. Ġesù daħal Ġerusalemm u poġġa lilu nnifsu fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Ġrajja li turi Hu min kien jgħid li hu:

Id-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm Read More »

Fr Xavier Mifsud – 60 years of Ministerial Priesthood

Today, Fr Xavier Mifsud is celebrating his sixtieth anniversary of Priestly Ordination. Unfortunately, as things stand, it will not be possible to celebrate this annniversary with the brethren in the larger community but, in his Augustinian community in Rabat, Fr Xavier will be thanking the Lord for these years in the ministerial priesthood. Fr Xavier was born in Rabat in 1933 and joined the Augustinain family in 1952. After completing

Fr Xavier Mifsud – 60 years of Ministerial Priesthood Read More »

I miss you all

I miss you all Dear All ,  I ‘ m thinking of you all to day- first Friday of the Month when we adore and pray together the Taize’ adoration and afterwards  we go out and share together a meal at a nearby restaurant.  We should have been in Gozo now for the annual Live in!! I miss  all Welcomers who regularly come to sit at the desk and help

I miss you all Read More »

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa Ix-xena tal-Madonna taħt is-salib (Ġw. 19:25), hija xena iebsa ta’ omm tassisti għall-mewt ta’ binha. Marija, taħt is-salib qed tbati mhux biss minħabba l-mewt inġusta ta’ binha, imma hija mħassba dwar kif setgħet tirrikonċilja dak li kienet għaddejja minnu, dak li qed tara quddiemha, u dak li kien jingħad fuq binha Ġesù li kellu jkun is-Salvatur tad-dinja. Il-kliem li Marija rċeviet

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa Read More »

Ir-Randan tal-Coronavirus

Ir-Randan tal-Corona Virus Dan ir-Randan ser jibqa’ msemmi bħala ir-Randan tal-Corona Virus. Żmien li ġab ħafna inċertezzi. Qaleb il-ħajja tagħna ta’ taħt fuq. Affettwa x-xogħol tagħna, id-dħul finanzjarju tagħna, il-vjaġġi tagħna, kif ukoll ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi tagħna. U ma nafux kemm ser indumu f’din is-sitwazzjoni! Hemm min staqsa jekk dan kollu kienx kastig ta’ Alla. Il-Lhud ta’ żmien Ġesu’ kienu jaħsbu hekk ukoll. Fil-vanġelu ta’ San Luqa (Lq 13,1-9), jissemmew żewġ

Ir-Randan tal-Coronavirus Read More »

Ġuf, mhux iktar qabar

Il-Ħames Ħadd tar-Randan sena A – Il-ġrajja tal-qawmien ta’ Lażżru (Ġw 11, 1-45) Ġuf, mhux iktar qabar Ġesu’ igħid lil Martha: “Kull min igħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt” (v. 26). Biex nispjegaw dan irridu nqabblu l-ħajja tal-bniedem f’din id-dinja, mal-ħajja tiegħu. L-eżistenza tagħna hija kkareterizzata minn ħruġ u dħul..noħorġu minn imkien u nidħlu fil-ġuf ta’ l-omm. Meta t-tqala ta’ l-omm tispiċċa, aħna noħorġu biex nidħlu f’din id-dinja

Ġuf, mhux iktar qabar Read More »

Scroll to Top