- Alla l-Missier li jagħder u jħenn
Fl-ewwel qari l-awtur tal-ktieb tal-Eżodu (minkejja li dak iż-żmien ma kienux jafu bil-kunċett tat-Trinita’) jagħtina ħjiel tal-ewwel persuna tat-Trinita’ – Alla l-Missier li jagħder u jħenn.
Diversi frażijiet li jsemmilna li għandhom x’jaqsmu mal-viċinanza t’Alla:
- il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm… Alla li jinżel ħdejja u ħdejk, Alla li jkun qrib tagħna. Alla li jieqaf ħdejk, jieqaf iħares lejk b’ħarsa ta’ imħabba, Alla li jieqaf miegħek, li jimxi bil-pass tiegħek… Kemm qiegħed nieqaf u nistenna lil ħaddieħor, kemm qiegħed nimxi mal-oħrajn bil-pass tagħhom fil-fidi, fil-ħajja?
- tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà … Alla li huwa tqil biex jirrabja.. tqil biex tgħaddi tiegħu, tqil biex jabbandunana…imma kbir fit-tjubija tiegħu, fil-fedeltà – Alla li jżomm il-wegħda tiegħu magħna li jaħfrilna… Kemm qiegħed inkun ‘tajjeb’ – naħfer, nagħder u nħenn għal ħaddieħor?
Â
- Alla l-Iben li jsalvana
- Ta lil ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kristu li offra ħajtu għalina fuq is-salib, Kristu li jsalvana min-nuqqasijiet tagħna.
- …biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kristu li jinsab preżenti diÄ¡Ã f’kull wieħed u waħda minna. Kristu li jinsab preżenti fid-dinja, Kristu li huwa preżenti fl-ewkaristija imma f’kull persuna li niltaqgħu magħha.
- Alla l-Ispirtu li jgħaqqadna
Il-grazzja ta’ Sidna Ä esù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu jkunu magħkom ilkoll– L-ispirtu s-Santu li jagħtina d-doni (l-festa’ tal-Ħadd li għadda), l-ispirtu s-Santu li jinżel f’qalbna, jidħol fina u jgħallimna nagħrfu naqraw l-esperjenzi tal-ħajja tagħna. L-ispirtu li jipprovdilna l-esperjenzi skont dak li nifilhu għalih f’dak il-mument…jimxi magħna – iħeÄ¡Ä¡iÄ¡na bir-riħ, bin-nar u bil-kelma..
Alla li jsir bniedem, bħalna u jibqa’ fina permezz tal-ispirtu tiegĦu – u aħna inkomplu nwasslu l-ispirtu li hemm fina:
- Spirtu ta’ komunjoni – Trinita’ bħala familja, bħala komunita’ – komunjoni fil-familja, komunjoni fuq il-post tax-xogħol ma’ sħabi, komunjoni ma’ persuni li għandhom fehma differenti minn tiegħi, komunjoni ma’ persuni li jħaddnu reliÄ¡jonijiet oħrajn, ideoloÄ¡iji politiÄ‹i differenti… eÄ‹Ä‹
- Spirtu ta’ maħfra – aħna ministri tal-ħniena bejnietna, speÄ‹jalment wara li nirÄ‹ievu s-sagrament tal-qrar… u sawwab fuqna l-ispirtu qaddis tiegĦu għall-maħfra tad-dnubiet…
Spirtu ta’ ħelsien/liberta’ – inħallu lil ħaddieħor fil-liberta’ li jesprimi lilu nnifsu kif inhu – ninkuraÄ¡Ä¡uħ, nimxu miegħu, ngħallmuh, ngħinuh, nwieżnuh…
fr. Terence Spiteri osa