tara u ma tifhimx…

i-see.png

Tara u ma tifhimx….titlob u ma tarax frott…tafda u tħossok tradut…tgħix is-sewwa u jiddieħku bik…taħdem u timpenja lilek innifsek u tibqa’ fejn tkun…tagħmel il-Ä¡id u ma tkunx apprezzat. Tgħix il-VanÄ¡elu u taqlagħha. Din hija l-esperjenza ta’ kull wieħed u waħda minnha.

Il-Profeta Ġeremija għadda minn dawn is-sentimenti bħalma ngħaddu minnhom aħna. Minn ġewwa, kien persuna mimli bid-dubbji, mgħobbi b’mistoqsijiet serji fuq l-eżistenza tiegħu u għaliex qiegħed jgħix. Min barra kien imdawwar minn nies li ma jaħmluhx, nies li jgħiru għalih, abbandunat, minsi, waħdu.

Minkejja dan kollu, idur lejn Alla u jgħidlu kliem li minkejja li ma nistennewhx f’ħalq Ġeremija, huwa kliem li joħroġ minn fomm xi ħadd imweġġa u imkasbar, kliem li jirrifletti l-weġgħat tal-qalb. Forsi nistgħu nitkażaw għax Ġeremija jixtieq id-deni u jara l-għadu tiegħu meqrud (vendetta) imma fuq kollox huwa kliem li ħiereġ mill-qalb, mill-profondità u intimità mal-Mulej, u mhux kliem ħiereġ b’mod artifiċjali/superfiċjali. Din hija t-talba ta’ tant persuni li qegħdin ibatu fis-skiet, persuni mweġġgħin, persuni minfudin bil-mibegħda u l-għira.

La Tibżgħux

Għal 3 darbiet San Mattew isemmi l-frażi la Tibżgħux ħierÄ¡a minn fomm Kristu. Hija l-istess frażi li Alla jgħid lil Ä eremija fil-bidu tas-sejħa tiegħu – tgħidx għadni żgħir – int tmur fejn ngħidlek , la tibżax quddiemhom għax jien miegħek biex inħarsek…

Il-biża titwieled minn diversi aspetti imma fil-fond dejjem hemm il-fraġilità tal-bniedem quddiem id-diffikultajiet jew l-isfidi tal-ħajja.

Fidi

Ġesù f’din il-paġna tal-Vanġelu jħeġġeġ lid-dixxipli biex ma jaqtgħux qalbhom huma u jwasslu l-Vanġelu għax bħal profeti, ser insibu diversi diffikultajiet u ostilità. Ġesù jinkuraġixxi lid-dixxipli biex mill-biża’ jgħaddu għall-fidi u jsemmi  dawn it-tliet eżempji:

  1. M’hemm xejn li hu mgħotti li ma jinkixifx – m’hemmx xejn li ser iżomm milli l-Kelma t’Alla tixxandar. Fil-ħajja tiegħi x’hemm li qed inżomm mistur? Lest li nafdah lil Alla?
  2. Il-qawwa u l-poter tal-bniedem huwa limitat – Alla huwa dak li jagħti l-ħajja u dak li jeħodha. Ejjew nafdaw ħajjitna f’idejH – kemm jien lest li nħalli ħajti f’idejH?
  3. Anke l-għasafar tal-bejt jieħu ħsieb il-Mulej, iktar u iktar jieħu ħsieb lilek u lili. Fil-letteratura rabbinika, il-frażi żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba jinbiegħu? Tfisser xi ħaġa ta’ ftit valur.

Sax-xahar ta’ rasna huwa magħdud – l-iċken ħaġa fil-ġisem ukoll qiegħed jieħu ħsiebha l-Mulej, kemm aktar jieħu ħsieb il-ħajja tagħna.

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Comment

Scroll to Top