Nkunu fidili f’dak li nagħmlu u ngħidu

faithful.png

Hija parabbola li tista tħawwdek.

Is-sid huwa bniedem sinjur, b’possibiltà li għandu l-art. Huma kienu jqabbdu ‘managers’ biex jieħdu ħsieb il-business tagħhom. Setgħu jagħmlu bejgħ, loans, jiġbru d-dejn u jħalsu d-dejn għas-Sid tagħhom. Huma persuni li kellhom ċertu awtorita, ma humiex skjavi, li f’misapproprazzjoni, jistgħu jitkeċċew u jkunu umiljati.

Il-manager moħħu jilħaqlu. Kien tifel ta’ żmienu, fejn tagħlmu s-sistema tar-reward u punishment biex jagħmel pjan għalih fis-snin li jaħdem u wkoll għall-irtirar tiegħu. U f’din il-parobola, Ġesù jagħmel challenge lill-ulied id-dawl biex jkollhom l-għerf li huma jkunu quddiem Alla fil-ġudizzju finali.

Meta Ġesù jgħid tħares lejn ulied id-dinja, u mhux ulied id-dawl, tista tkun frażi li tħawwadna…Hawnhekk il-kuntest huwa li dawk ulied id-dawl huma dawk li għamlu lilhom inifshom ulied id-dawl – bħas-setta f’Qumran, jew il-Fariżej, li pproklamaw lilhom infushom bħala dawl tal-ġnus. Allura jerġa’ jgħid dawk li jagħmlu lilhom nfusha – self-centred.

Issa mhux li ‘nixtri’ l-ħbieb bil-ġid li għandi, imma li nuża r-risorsi materjali għall-affarijiet tas-Saltna – jiġifieri għad-dixipulat u wkoll biex taqsam ma’ oħrajn.

Hawn min mhux biss jixtri l-ħbieb imma ‘hawn min lest biex ibiegħ ruħu għall-flus’ u lest li jkisser familja, li nħalli lil Alla fil-ġenb, inwarrab il-valuri li kbirt fihom, etc…l-aqwa li nkabbar il-but …araw il-każi tal-wirt kif sirna…u mbagħad hemm ukoll ċertu prattiċi

  1. Il-mod kif nimla l-formula tat-taxxi.
  2. Dwar il-perċentwali li naqilgħu u l-mod kif naħarbu d-dwana/kontrolli.
  3. X’nagħmel bl-affarijiet misruqa li jiġu f’idejja, jew is-serq veru…
  4. Meta niskartaw ix-xogħol..minħabba l-familja!!! Meta nirrapurtaw sick…. għal ragunijiet differenti!
  5. Korruzjoni ta’ ufficjali
  6. Bejgħ ta’ prodotti skaduti jew meta ssir sinjur minn fuq dahar l-oħrajn.
  7. L-użura fl-effetti kollha tagħha.
  8. In-negozju li jsir fil-bejgħ u x-xiri fil-ħwienet u s-serq ukoll taparsi ‘gustifikat’.
  9. In-negozju fil-qasam politiku, tal-edukazzjoni, tad-divertiment, fil-kuntratti, fl-isports.
  10. Ix-xiri ta’ persuni ghall-prostituzzjoni u bejgħ ta’ materjal/affarijiet li jtellef id-dinjità/il-ħajja tal-persuna.
  11. Money laundering
  12. Negozju mal-fqir u l-batut li ma jafux isemmgħu leħenihom jew li tirkeb fuq il-bżonn tagħhom għal skopijiet tiegħek.

Forsi wieħed jistaqsi, u jien fejn qiegħed bħala persuna fil-parabbola?

  • Hawnhekk ma aħniex il-manager li b’ġenerożita nqassmu dak li jipposedi Alla (il-Kelma tal-grazzja, il-ħniena u l-maħfra)…imma aħna li għandna d-dejn u li d-dejn jonqos u jkun ikkanċellat. Jissemmew numri kbar, imma hemm turina kemm il-grazzja t’Alla hija kbira u li l-bieb huwa miftuħ biex nreġgħu lura r-relazzjoni u nkunu familja maqgħuda ma Alla.
  • Meta mbagħad nirrealizaw dak li jagħmel magħna Alla, li nistgħu naqraw fuq it-tieni livel – li minkejja l-oppozizjoni u l-akkuzi foloz – bħalma kellu Kristu – aħna xorta nqassmu b’mod gratwit u b’ġenerożita.

Il-Parabbola turi kif id-dgħajfa jista’ jkollhom riżultati f’dinja ddominata minn b’saħħithom. Għalhekk wieħed ma jaqtax qalbu.

Nitolbuk Mulej biex f’ħajjitna nkunu fidili f’dak li nagħmlu u ngħidu – min hu fidil f’ħaġa tasswe żgħira u fidil ukoll fil-ħafna. L-aqwa li nogħġbu lilek Mulej. L-aqwa li tapprezani int Mulej, anke jekk sħabi ma japprezzawnix!

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top