Nimxi warajk biex…

download

Rabja kbira

Il-profeta Ġeremija fl-ewwel qari jinsab f’sitwazzjoni ta’ disperazzjoni għax qiegħed jipprova jwassal messaġġ u biex jibqa’ fidil mal-missjoni tiegħu qiegħed jaqla ħafna fuq wiċċu u għalhekk idur fuq Alla u jgħidlu qarraqtni Mulej, u jien tqarraqt. Ma jiflaħx jara iktar li l-poplu Lhudi qiegħed jitfarrak qabel il-waqgħa ta’ Ġerusalemm u r-re ta’ dak iż-żmien Ġeħojakin iktar moħħu fil-palazz tiegħu milli fil-poplu li suppost jieħu ħsieb. Il-qassisin jippriedkaw reliġjon mimlija riti vojta u ma jmissux il-qalb tal-poplu biex jinbidel.

 

Ġeremija iħossu waħdu u jħoss li l-Mulej ittradieh għax mhux jirnexxilu jwettaq il-missjoni li tah Alla, u bħal donnu mhux jinduna li Alla xorta waħda jinsab miegħu – għal mument jirrabja u jistaqsi fejn hu Alla? Ma jridx jaf iktar b’Alla u lanqas jitkellem fuqu.

 Nar ibaqbaq

Imma minkejja dan kollu, f’qalbu xorta għad hemm in-nar ibaqbaq u għalhekk mhux ser iħalli l-missjoni tiegħu tintemm fix-xejn.

Min ma jgħaddix minn sitwazzjonijiet simili fil-ħajja tiegħu? Xi drabi jkollna aptit nirrabjaw mal-Mulej u ngħidulu ara fhiex Ä¡ibtna, tkellem… imma imbaghad ikun hemm esperjenzi jew persuni li jerÄ¡għu jixgħelulna l-fjamma ta’ qalbna. X’inhi dik li tixgħel il-fjamma ta’ qalbek?

 

Ä id tal-art

Il-Lhud ta’ żmien Ä esù kienu jemmnu li għad jiÄ¡i żmien (fl-aħħar jiem) fejn l-art tinbidel fi Ä¡nien kbir mimli fjuri u frott, għad jiÄ¡i żmien fejn ikun hemm ikel bl-abbundanza għal kulħadd…insomma kienu jemmnu li għad ikun hemm dinja isbaħ u aħjar.

Id-dixxipli ukoll kien jemmnu b’din l-idea u kienu konvinti li t-tmiem tad-dinja huwa imminenti. Ġesù jixtieq li ma jsegwuhx għax ser ikollhom il-ġid tal-art u l-frott bl-abbundanza, hu mhux qiegħed jimxi wara xi rebħa partikolari imma kien sejjer Ġerusalemm biex ibati, imut u jqum mill-mewt.

Id-dixxpli jitħawwdu għax huma kienu tgħallmu li l-Messija mhux ser imut. Pietru jieħu over u jesprimi dak li jħoss għax ma jaċċettax li Ġesù jmut. Ġesù jdur lejh u jgħidlu ejja warajja (mhux eżatt itlaq minn quddiemi, ja xitan) – bħal donnu jistiednu biex jmxi warajh ħalli ma jintilifx.

Ġesù jdur fuq id-dixxipli jurihom xi tfisser li tkun dixxiplu:

Jiċħad – tiċħad lilek innifsek – ma tibqax tħalli kollox idur miegħek, qisu int iċ-ċentru tad-dinja. Ma tibqax taħseb li biex tkun kuntent trid tirċievi ħafna grazzi, jew tifħir fil-ħajja.

Anke mill-aspett spiritwali – ma nitlobx jew nagħmel il-karità biex ikolli post fil-ġenna imma għax veru nixtieq li nagħti minn dak li għandi, mit-talenti u d-doni li tani l-Mulej. Kif qiegħed ngħix din l-għotja fil-ħajja tiegħi u fit-talb?

Jerfa’ salibu – ma jfissirx li nsawwat lili nnifsi jew nieħu gost bit-tbatija imma li jien inkun konvint mill-valuri nsara tal-Vanġelju. Nimxi wara Kristu anke meta nsib ruħi f’sitwazzjonijiet skomdi jew li faċli nidħol f’kompromessi.

Jimxi – li jien nsegwi lil Kristu, nieħu sehem mill-missjoni tiegħu, nagħti ħajti bl-imħabba flimkien miegħu.

 

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Comment

Scroll to Top